Zaza jinsab Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum waranofsinhar Simone Zaza kien fis-Sede ta’ Juventus għal laqgħa importanti li matulha ġie diskuss il-futur tiegħu. Juventus ressqulu l-offerta ta’ Valencia, biss hu talab ftit taż-żmien biex jiddeċiedi. Matthew Scerri

Jirriżenja anki Pitarch mit-tim ta’ Valencia. X’se jsir minn Zaza u Evra?

MatthewJuve News Leave a Comment

Colpo di scena jgħidu t-Taljani. U hekk nistgħu ngħidu dwar l-aħbar li Suso García Pitarch irriżenja minn Direttur tal-Isports ta’ Valencia. Din il-ġimgħa hu kien jinsab l-Italja u tkellem ma’ Juventus dwar l-akkwisti ta’ Zaza u Evra. Kien qed ikun rappurtat li t-tnejn li huma kienu jinsabu lesti li jiffirmaw ma’ Valencia. Issa f’daqqa waħda Pitarch irriżenja u ma nafux …

Supporters ta’ Valencia kontra l-akkwist ta’ Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn stħarriġ ta’ “El Mundo Deportivo” jirriżulta li s-supporters ta’ Valencia ma tantx huma kuntenti bl-akkwist ta’ Simone Zaza. Hu jinsabu kontra l-akkwist tiegħu peress li jemmnu li mhux se jtejjeb il-kwalità tal-attakk tat-tim tagħhom. Insomma, wara l-mibegħda tas-supporters ta’ West Ham, jidher li Zaza se jkollu jħabbat wiċċu mal-antipatija tas-supporters ta’ Valencia. Matthew Scerri

Id-dettalji tal-ftehim bejn Juventus u Valencia għal Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Cadena Ser’ Juventus u Valencia jinsabu miftehma sabiex Simone Zaza jmur jilgħab fi Spanja. Hu se jkun misluf b’xejn għal sitt xhur. Valencia se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 20 miljun Ewro f’każ li hu jilgħab 10 partiti ma’ Valencia. Issa jonqos biss li Zaza jaċċetta l-offerta ta’ Valencia. Matthew Scerri

Zaza ma jridx jgħaġġel

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Gianluca Di Marzio hekk kif Valencia qed jinnegozjaw ma’ Juventus l-akkwist ta’ Zaza, jirriżulta li l-attakkant Taljan talab ftit tal-ħin sabiex jaħsibha sew dwar il-futur tiegħu. Hu ma jridx jgħaġġel u anzi jrid iqis sew d-destinazzjoni l-ġdida tiegħu. Matthew Scerri

Valencia għadhom iridu lil Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja r-riżenja ta’ Prandelli, Valencia jidher li xorta waħda għadhom iridu jiksbu s-servizzi ta’ Simone Zaza. Fil-fatt ‘Sky’ qed jirrapurtaw li d-Direttur tal-Isports, Pitrach għamel kuntatt mal-Bianconeri hekk kif wasal fil-belt ta’ Milan dalgħodu. Fil-jiem li ġejjin Valencia se jkompli jiddiskutu ma’ Juventus id-dettalji tat-trasferiment eventwali ta’ Zaza magħhom. Matthew Scerri

Juventus iridu lil De Sciglio. Zaza fid-deal?

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom qed isegwu b’interess qawwi lil De Sciglio. Marotta qed jaħseb fih sabiex isaħħaħ il-linji. Il-vantaġġ ta’ De Sciglio hu li jista’ jilgħab kemm mal-lemin kif ukol max-xellug. Għaldaqstant jista’ jkun riserva ta’ Lichtsteiner u Alex Sandro fl-istess ħin. Hemm xnigħat li Juventus lesti joffru lil Zaza u flus għal De Sciglio. Issa naraw kif se tevolvi din is-sitwazzjoni. …

Għalissa Zaza se jibqa’ ma’ West Ham sakemm isib tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Gianluca Di Marzio Juventus ilbieraħ tkellmu mal-aġent ta’ Zaza. Jidher li għalissa Juventus se jħalluh ma’ West Ham u mhux se jiħduh lura Vinovo. Sal-aħħar tax-xahar Zaza mistenni jingħaqad ma’ xi klabb fl-italja, b’Milan, Lazio, Genoa u Fiorentina interessati ħafna fih. Matthew Scerri