Zidane kellu laqgħa ma’ Raiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit Le10Sport, Zinedine Zidane kellu laqgħa ma’ Mino Raiola. X’aktarx huma tkellmu dwar il-possibbiltà li Real Madrid jixtru lil Pogba. Fti taż-żmien ilu Raiola kien stqarr li hi x-xewqa tiegħu li das-sajf jbigħ plejer minn tiegħu lil Real. Tgħid hu Pogba jew xi ħaddieħor? Matthew Scerri

Zidane: “Ħadd minn Juventus ma kellimni”

MatthewJuve News Leave a Comment

Zinedine Zidane kellu l-opportunità li jgħid tiegħu dwar l-għidut li se jikkowċja lil Juventus fl-istaġun li jmiss. “Ħadd minn Juventus ma kellimni. Bħalissa moħħni biss f’Real Madrid. Ħadd però ma jista’ qatt jeskludi xejn dwar dak li jista’ jiġri fil-futur,” qal Zidane. Matthew Scerri

Zidane lura ma’ Real Madrid?

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li aktar kmieni llum El Pais kiteb li Zidane ma riedx jirritorna ma’ Real Madrid minħabba li kellu offerta mingħand Juventus, issa waslet aħbar eżattament bil-kontra. Skont il-programm El Chiringuito de Jugones illum waranofsinhar se jiltaqa’ l-Kunsill Direttiv ta’ Real sabiex illejla stess ikun imħabbar b’mod uffiċjali li Zidane se jieħu f’idejn it-tmexxija ta’ Real fil-jiem li ġejjin. Matthew …

Zidane minflok Allegri mis-sena d-dieħla?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetti Ingliżi qed ikomplu jirrapurtaw li fi tmiem l-istaġun se jkun hemm rivoluzzjoni teknika fi ħdan Juventus. Huma jinsabu konvinti li jekk Allegri jfalli l-miri Ewropej ta’ Juventus, Agnelli se jafda t-tmexxija tat-tim f’idejn Zinedine Zidane. Matthew Scerri

Min minflok Marotta?

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-domanda fuq fomm is-supporters ta’ Juventus hi: Min se jieħu post Beppe Marotta? Għada jkollna indikazzjoni aktar ċara hekk kif se tkun ippubblikata l-lista ta’ persuni nominati sabiex iservu fil-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus. Marotta se jibqa’ żgur CEO ta’ Juventus u Direttur Ġenerali tal-Area Sport sal-25 ta’ Ottubru. Wara din id-data se jkun il-Laqgħa Ġenerali tax-share-holders ta’ Juventus FC sabiex …

Nedved se jitlaq lil Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq is-social media qed tiċċirkola l-aħbar li Pavel Nedved jinsab qrib ħafna li jitlaq lil Juventus biex jibda jaħdem għall-FA tar-Repubblika Ċeka. Is-sors ta’ din l-aħbar mhuwiex ċar, biss jidher li Nedved se jkun qed jokkupa kariga importanti ferm f’pajjiżu. Marbuta ma’ din l-aħbar jista’ jkun hemm ir-ritorn ta’ Zidane ma’ Juventus minn Ottubru li ġej. Zidane jista’ jkun ovvjament …