Folla enormi tagħti merħba kbira lil Trezeguet u Moggi fil-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ għexna serata mill-isbaħ hekk kif il-membri tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) taw merħba fenomenali lil Luciano Moggi u David Trezeguet fil-klabb tagħna. Mijiet ta’ sapporters letteralment ippakkjaw is-sala tal-Club tagħna u l-bar area. Bħal dejjem saru kelmtejn tal-okkażjoni mill-President, u wara għaddejja biex Trezeguet u Moggi b’simpatija kbira indirizzaw lill-membri, iċċajtaw magħhom u kienu ġenwinament sorpriżi bil-merħba …

Illejla Trezeguet fil-Club tagħna għal laqgħa mal-membri!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-Kumitat jixtieq iħabbar li wara l-ikla tal-bieraħ, il-membri se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ David Trezeguet f’attività li se ssir fil-premises tal-Club tagħna llejla, il-Ħamis 12 ta’ Mejju mis-7.00 p.m. ‘il quddiem. Dħul bla ħlas. Jistgħu jattendu biss dawk li huma in regola mal-ħlas ta’ sħubija. Nitolbu ġentlment lil kulmin ġej sabiex iġib miegħu t-tessera tal-Club. Joe Shields

Numru rebbieħ tal-lotterija

MatthewJuve News Leave a Comment

Hbieb, kif qed taraw 107 hu it-ticket number rebbieh tal-gear li tella’ David Trezeguet innifsu, ilbierah waqt l-ikla ad unur tieghu stess. Jekk joghgobkom ixxerjaw din il-post u nitlob lir-rebbieh biex jikkuntattjani personalment b’messagg privat halli kif weghdna nkunu nistghu nitolbu lil Trezeguet jiffirma l-flokk b’dedika. Grazzi mill-qalb u prosit tal-kooperazzjoni taghkom waqt is-serata tal-bierah. Saviour Farrugia

400 persuna għall-ikla ma’ Trezeguet!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ghal grazzja t’Alla ghadha kif spiccat serata indimenticabli. Bdiet hazin immens min filghodu pero spiccat b’wicc il-gid. Min qalbi nixtieq nirringrazzja lil kwazi 400 ruh li attendew ghal din is-serata, kulhadd ikopera maghna u kien ghalhekk li din is-serata kienet success. Nalaq billi nirringrazzja lil shabi tal-kumitat li hdimna bhal familja u gbidna habel wiehed. Dan kien is-sigriet ta dawn …

Ikla ad unur Trezeguet

MatthewJuve

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Doc Vero Amore jixtiequ javżaw li se ssir ikla ad unur il-plejer leġġendarju David Trezeguet u l-ex diriġent Luciano Moggi nhar l-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2016 ġewwa il-lukanda Radisson Baypoint Blu, San Ġiljan mis-7:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Il-prezz se jkun ta’ €35.00 għall-kbar, €20 għall-eta’ bejn 13 u 17-il sena u €15 għall-eta’ minn …

Illum tibda ż-żjara ta’ Trezeguet u Moggi!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Illum fuq stedina tal-Juventus Club DOC Vero Amore se jaslu Malta is-super leġġenda DAVID TREZEGUET kif ukoll fl-għeluq 10 snin minm calciopoli l-eks direttur LUCIANO MOGGI. Il-lejla se ssir VIP Gala Dinner ġewwa il-lukanda Radisson Sas St.Julians. Għada il-Ħamis ESKLUSSIVAMENT għall-membri ser ikunu qed jiltaqgħu mal-membri ġewwa il-klabb. Infakkar lill-membri li dħul fil-klabb huwa STRETTAMENT bit-tessera. Napella lil kulħadd sabiex …

Żjara Trezeguet. Konferenza tal-aħbarijiet mill-President u s-Segretarju tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum fis-sala Gianni Agnelli tal-Club tagħna nżammet konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-media lokali ngħatat dettalji dwar iż-żjara ta’ David Trezeguet f’Malta bħala l-mistieden speċjali tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975). Ingħataw dettalji dwar l-attivitajiet li se jkunu organizzati għall-membri, kif ukoll ġie ribadit li l-clubs l-oħra Maltin ġew mistiedna għall-ikla fil-preżenza ta’ Trezeguet bħala sinjal ta’ ħbiberija u għaqda. …