Tessera del Tifoso

Inħeġġu lil kull min għandu ħsieb li xi darba jew oħra jmur jara partita tas-Serie A ġewwa Turin biex apparti li jkun membru fil-Fan Club ikollu wkoll it-Tessera del Tifoso.

It-Tessera del Tifoso hija utli għaliex f’kas li l-biljetti mis-sistema tal-Fan Club ikunu eżawriti jew iż-żmien sabiex jiġi riservat biljetti ikun skada, permezz tagħħa ikun jista’ jsir użu temporanju ta’ season ticket sabiex jinkiseb aċċess għall-Juventus Stadium. Huma biss il-possessuri ta’ Tessera del Tifoso valida li jistgħu jagħmlu użu minn season tickets.

Għalhekk kull min għandu fil-pussess tiegħu Tessera del Tifoso valida ikollu possibilitajiet ikbar li jikseb aċċess għall-partiti tas-Serie A għaliex ikollu żewġ toroq differenti quddiemu – waħda li jakkwista biljett bħala membru fil-Fan Club mal-Club jew permezz tal-alternattiva l-oħra tas-season tickets. Għall-partiti taċ-Champions League din it-tessera m’għandha l-ebda utilità.

Irridu nenfasizzaw li s-sħubija fil-Fan Club xorta għandha tibqa’ strettament l-ewwel għażla. Nixtiequ imma li kulħadd ikun possessur ta’ Tessera del Tifoso valida sabiex inkunu nistgħu naqdu numru ikbar ta’ membri bi prezz dejjem face value (flimkien ma’ €10 miżjuda bħala spejjeż ta’ amministrazzjoni).

L-applikazzjoni għal din it-Tessera tiswa’ €15 u għandha validità ta’ 5 snin.

Applikazzjonijiet li jsiru minn fuq is-sit uffiċjali tal-Juventus qiegħdin jieħdu diversi xhur sabiex jitlestew filwaqt dawk li jsiru magħna jingħataw priorità u jieħdu biss ftit ġimgħat. L-informazzjoni li għandna mingħand iċ-Centro Coordinamento iżda hi li dan hu servizz miftuħ għall-membri fil-Fan Club biss. 

Nistgħu ngħinuk tagħmel applikazzjoni ġdida jew iġġedded Tessera del Tifoso skaduta billi tipprovdielna dawn id-dokumenti hawn taħt

  • tniżżel l-applikazzjoni minn hawn taħt u tibgħatielna lura iffirmata. Iżżid xejn iktar. 3 firem kull ma huma neċessarji
  • kopja ċara bil-kulur ta’ ritratt tal-passaport reċenti bi sfond ċar
  • kopja ċara bil-kulur minn quddiem u oħra minn wara tal-karta tal-identità

Biex ma jkollniex problemi, nirrakkomandaw li d-dokumenti jigu scanned b’resolution ta’ minn l-inqas 300dpi.

L-applikazzjoni tista’ ssir ukoll ġewwa l-uffiċju tal-Club. 

Niżżel l-applikazzjoni minn hawn taħt


Are you a Club DOC member 2016/2017? (required)

application-example
id-front
id-back
foto-tessera