About us

Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) hu wieħed minn l-ikbar Clubs tas-supporters Juventini fid-dinja kollha. Għaldaqstant, il-Club li ilu sa minn żmien il-fondazzjoni tiegħu uffiċjalment rikonoxxut huwa denominat bħala Official Fan Club minn Juventus stess.

Oriġinarjament l-ewwel moviment organizzat ta’ supporters Bianconeri f’Malta jmur lura għas-sena 1964 meta kien twaqqaf il-“Club Amici della Juve”. Wara din l-inizjattiva li ma tantx kellha ħajja twila, is-supporters Juventini Maltin ftiehmu fl-1975 li jwaqqfu struttura aktar professjonali u organizzata u din semmewha “Juventus Club Malta”.

Fl-1997 kien twaqqaf Juventus Club ieħor f’Malta. Ir-rapporti bejn iż-żewġ Clubs kienu kordjali u amikevoli ferm tant li fl-1997 ittellgħet b’mod konġunt wirja kbira fl-okkażjoni taċ-ċentenarju mill-fondazzjoni ta’ Juventus. Sena biss wara ż-żewġ Clubs ingħaqdu f’dak li llum hu l-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975).

L-għanijiet tal-Club tagħna huma:

  • li jitkabbar l-isem ta’ Juventus F.C. fil-gżejjer Maltin u li jiġu nkoraġġuti l-valuri sportivi li huma mħaddna mit-tim tal-qalb tagħna;
  • li jservi biex jitkattar l-ispirtu ta’ ħbiberija, kollaborazzjoni u solidarjetà bejn is-supporters ta’ Juventus kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali;
  • li jirrappreżenta l-interessi tas-supporters Juventini Maltin permezz ta’ kuntatti diretti mas-sede ċentrali ta’ Juventus F.C. f’Turin.

Sa minn l-ewwel xhur tal-ħajja tiegħu, il-Club kien u għadu rikonoxxut uffiċjalment minn Juventus F.C. Attwalment il-Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jifforma parti min-network ta’ Juventus Official Fan Clubs li huma l-uniċi rikonoxxuti minn Juventus F.C. u li jaqgħu taħt il-kappa taċ-Centro Coordinamento Juventus Club ta’ Turin. Grazzi għat-titlu ta’ Official Fan Club, il-Club tagħna joffri lis-supporters Juventini lokali il-possibilità li jipparteċipaw f’serje ta’ inizjattivi maħluqa apposta għat-tesserati tal-Fan Club, naġevolawhom fix-xiri ta’ biljetti għall-partiti ta’ Juventus u nagħtuhom il-possibbiltà li jidħlu fit-training grawnds ta’ Vinovo meta dan ikun possibbli.

 

Għaliex għandek tissieħeb fil-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)?

Club prestiġġjuż

Tifforma parti minn l-eqdem u l-ikbar Club għas-supporters Juventini fil-gżejjer Maltin.

Attivitajiet

Tieħu sehem f’attivitajiet soċjali u sportivi matul is-sena kollha

Trasparenza

Tikseb biljetti għall-partiti ta’ Juventus bi prezzijiet FACEVALUE, jiġifieri bl-istess prezz li jbigħuhom Juventus (flimkien ma’ administration fee ta’ €10 biss)

Esklussività

Tiġi offrut mingħajr ebda obbligazzjoni u bi prezzijiet esklussivi għall-membri tal-Club biss akkomodazzjoni ġewwa l-Hotel Concord, lukanda ewlenija ta’ 4 stilel fiċ-ċentru ta’ Turin u quddiem l-istazzjon tal-ferrovija li fil-passat reċenti kienet ukoll isservi għal bosta snin bħala l-lukanda uffiċjali ta’ Juventus lejliet il-partiti home.

Konnessjonijiet

Tgawdi minn konnessjonijiet stabbiliti li jmorru lura s-snin ma’ persunaġġi mportanti Juventini kif ukoll maċ-Centro Coordinamento. Dejjem naspiraw biex bħalma diġà sar f’bosta okkażjonijiet matul is-snin inkomplu biż-żjarat ta’ persunaġġi Juventini kemm tal-preżent kif ukoll tal-passat.

Divertiment

Tara b’xejn il-partiti kollha ta’ Juventus ġewwa l-bini tal-Club. Ikollok għażla li ssegwi l-partita f’sala li tesa’ 200 persuna mgħammra b’teknoloġija moderna bħal Big Screen FULL HD u sistema ta’ audio professjonali. Gewwa l-Bar area hemm Big screen ieħor u żewġ LED TVs kbar FULL HD. Gewwa s-smoking room FULL HD TV ieħor. Dan kollu f’ambjent ideali għall-familja. Il-Bar iservi wkoll ħafna appetizers għalhekk għandu jkun l-għażla ta’ kulħadd u mhux neċessarjament waqt l-avvenimenti sportivi biss.