Tibdil kbir mal-linji għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li das-sajf se jkun hemm taqlib kbir mal-linji għal Juventus. Asamoah kważi ċert li se jitlaq, filwaqt li hu probabbli li anki Lichtsteiner u Alex Sandro jsellmu lil Juventus. Nafu li Juventus se jġibu lura lil Spinazzola, filwaqt li għandhom abbozz ta’ ftehim ma’ Darmian. Hu evidenti, però, li jekk jitlaq Alex Sandro, Juventus ikollhom bżonn full-back ieħor ta’ kwalità. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Bernat, Digne u Meunier. Kollha plejers ta’ esperjenza fl-Ewropa u li jistgħu jagħtu kontribut validissimu lit-tim Juventin.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *