Tkompli l-‘gwerra’ bejn Paratici u Marotta

MatthewJuve News Leave a Comment

M’hemmx għalfejn noqogħdu ninħbew. Bil-wasla ta’ Marotta fit-tmexxija ta’ Inter, ir-rivalità fis-suq tat-trasferimenti bejn in-Nerazzurri u l-Bianconeri kibret b’mod eżaġerat. Fis-sajf li għadda kellna l-ewwel fażi ta’ dil-‘gwerra’ b’Lukaku u Icardi fost il-każijiet l-aktar prinċipali. Imbagħad f’Jannar kellna lil Kulusevski li Juventus xtraw meta prattikament kulħadd kien qed jirraporta li kien se jmur ma’ Inter. Issa l-‘gwerra’ qed tkompli għaddejja. Jidher li Marotta jrid ‘ipattiha’ lil Paratici billi jixtri lil Tonali u lil Chiesa, li għal żmien twil dehru aktar qrib li jingħaqdu ma’ Juventus. Min-naħa tiegħu Paratici lest iwieġeb billi jixtri lil Zaniolo u lil Castrovilli. Konvinti li dir-rivalità mhix se tieqaf hawn … nisperaw biss li Paratici jkun intelliġenti biżżejjed li jixtri biss dak li hu utli għal Sarri, minflok jixtri plejers sempliċiment biex jirbaħ il-battalja tiegħu personali ma’ Marotta.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *