Tletin sena ilu: Valletta City-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Illum is-16 ta’ Settembru 2017 niftakru li eżattament 30 sena ilu (1987) kien ġie jżurna t-tim li tant hu marbut qalbu miegħu. Infatti Juventus kienu ġew imisshom jilgħabu kontra Valletta fl-ewwel Rawnd tat-Tazza UEFA edizzjoni 1987/88. Kien imiss li naraw Valletta City – Juventus

Dan kienet it-tieni darba li t-tim juventin lagħab f’Malta. Fl-1971 kien lagħab (din id-darba fil-grawnd tal-Gżira) kontra Marsa FC u kien ħareġ rebbieħ 6-0 fost l-entjużjażmu tal-poplu Malti li tela’ bi ħġaru jimla l-grawnd nazzjonali ta’dak iż-żmien. 

Flimkien naraw il-filmat (mtella’ mit-televiżżjoni Taljana) ta’ Valletta-Juventus.

Nirringrazzjaw lil Youtube Channel tal-Gobbomaltese tal-filmat.

Rikordju ħafif ta’ min kien preżenti fil-grawnd dak in-nhar :

Ma kinux il-Juventus li konna mdorrijin bihom onestament. It-tim kien ġej mit-tluq ta’ Le Roi Michel Platini li wara li kellu l-agħar staġun tal-karriera tiegħu ddeċieda li jħalli l-futbol definittivament. Kien it-tieni staġun ukoll tal-kowċ Rino Marchesi li kellu jieħu l-post storiku ta’ Giovanni Trapattoni sena qabel. Fuq wara kien spiċċa wkoll Gaetano Scirea li wara snin jżomm postu fl-ewwel ħdax juventin kellu jammetti li kien wasal iż-żmien li jħalli postu għal xi żagħżugħ ieħor. Postu ħadu Roberto Tricella. U wara ftit logħbiet konna diġà ndunajna x’differenza kien hemm fl-aħħar parti tal-grawnd!

Il-logħba kienet tifforma parti mill-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA 1987/88 u Valletta filwaqt li kienu rassenjati li joħorġu mill-kompetizzjoni hekk kmieni, ħarġu sodisfatti immens bil-polza minħabba l-gate money li setgħu jakkwistaw minn din il-partita.

Fis-2.15pm ir-referee John Martin mill-Ingilterra saffar il-bidu tal-logħba. Il-Juventus bdew hekk : : Tacconi, Favero, Cabrini, Bonini, Brio, Tricella, Mauro, Magrin, Alessio, De Agostini, Laudrup . Filwaqt li Valletta ħarġu jilgħabu b’dawn : Mifsud, Briffa, Curmi, Grioli, Laferla, Fenech, Cremona, Camilleri, Saliba, Zerafa, Taliana.

Mill-ewwel dehret is-superjorità tat-tim abjad u iswed b’żewġ gowls kull taqsima jagħtu lit-tim Juventin rebħa komda ta’ 4-0. Iż-żewġ protagonisti kienu (b’żewġ gowls kull wieħed) kienu Angelo Alessio u Michael Laudrup.

 

Pierre Bonavia

 

 

Staġun 1987-1988 – Tazza UEFA – L-ewwel Rawnd, l-ewwel logħba
Ta’ Qali – Ta’ Qali National Stadium
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru 1987 fis-2.15pm

VALLETTA-JUVENTUS 0-4
SKURJAW : Laudrup 26, Alessio 37, Laudrup 42, Alessio 70

VALLETTA : Mifsud, Briffa, Curmi, Grioli, Laferla, Fenech, Cremona (Farrugia 82), Camilleri, Saliba, Zerafa, Taliana (Busuttil 52) – Kowċ : Tony Formosa
JUVENTUS: Tacconi, Favero, Cabrini, Bonini, Brio, Tricella, Mauro (Buso 57), Magrin, Alessio, De Agostini (Vignola 46), Laudrup – Kowċ : Rino Marchesi

REFEREE : Martin (Ingilterra)

 

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook : https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *