Torino-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Derby ieħor mirbuħ minn Juventus minkejja li għal darb’oħra Allegri kellu ruxmata plejers neqsin jew li ma kinux mija fil-mija f’sikkithom. Saħansitra, wara kwarta logħob, bl-injury ta’ Higuain, Juventus spiċċaw virtwalment bla attakkanti. F’mumenti diffiċli bħal dawn jispikka t-team spirit tal-Bianconeri. Fil-fatt Alex Sandro, Bernardeschi u Douglas Costa għarfu jadattaw ruħhom fil-pożizzjoni ta’ attakkanti u taw sehemhom, flimkien mal-bqija tat-tim, sabiex Juventus jiksbu tliet punti oħra. Fuq wara Juventus kienu blata anki minkejja n-nuqqas ta’ Benatia, filwaqt li l-plejers ta’ nofs il-grawnd għamlu s-soltu partita tattikament intelliġenti. Torino, mill-banda l-oħra, lagħbu s-soltu derby tagħhom ibbażat fuq is-saħħa fiżika u l-fouls biex jinterrompu r-ritmu tal-logħob Juventin. Hi tassew ħasra li flok jisfruttaw il-kapaċitajiet tekniċi tat-tim tagħhom, it-tim ta’ Mazzarri jilgħab b’dan il-mod! Finalment l-aħbar l-aktar sabiħa tal-ġurnata: ir-ritorn għall-azzjoni ta’ Dybala wara l-injury.

Torino-Juventus 0-1
Skurja: Alex Sandro (J)

Torino: Sirigu, De Silvestri (Edera), Nkoulou, Burdisso, Molinaro, Ansaldi, Rincon, Obi (Acquah), Baselli (Niang), Falque, Belotti. Kowċ: Mazzarri.

Juventus: Szczesny, De Sciglio, Chiellini, Rugani, Asamoah, Khedira, Pjanic, Sturaro, Douglas Costa (Dybala), Higuain (Bernardeschi – Lichtsteiner), Alex Sandro. Kowċ: Allegri.

Referee: Orsato.

Karti sofor: De Sciglio (J), Molinaro (T).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *