Il-ġurnalist Stefano Agresti kiteb artiklu ferm interessanti fuq Calciomercato.com fejn ippunta subgħajh lejn il-pitch tal-Istadio Olimpico ta’ Ruma għall-injuries ta’ Demiral u Zaniolo. Prattikament it-tnejn li huma qaċċtu l-legamenti waħidhom mingħajr ebda plejer avversarju ma daħal fuqhom. Skont Agresti il-pitch tal-iStadio Olimpico mhumiex denju tal-livell tas-Serie A u fakkar ukoll li jum qabel Roma-Juventus fl-istess grawnd intlagħbet Lazio-Napoli. Dan hu fatt tassew stramb għax is-sena li għaddiet kull meta kien ikun hemm partiti tar-rugby fl-istadium Ruman, Lazio u Roma ma kinux jitħallew jilagħbu.
Matthew Scerri