Tour: Juventus-Monaco (14-16 ta’ April)

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tlieta 14 ta’ April
Niltaqgħu l-ajruport fil-10.45 am sabiex fis-12.45 pm intiru bl-Air Malta lejn Milan. Insibu l-coach tistenniena sabiex teħodna lejn il-belt ta’ Turin. Il-lukanda tagħna hawn hija l-Hotel Plaza (3*). Sistemazzjoni tal-kmamar u bil-coach immorru lejn l-istadju sabiex nassistu għall-logħba Juventus vs Monaco.

L-Erbgħa 15 ta’ April
Breakfast fil-lukanda. Illum, bħala optional, se norganiżżaw it-tour tal-istadju u l-mużew tal-Juventus u mmorru wkoll Superga. Hawnhekk, fl-4 ta’ Mejju 1949 iġġarraf l-ajruplan li kien qed iġorr it-tim kollu ta’ Torino. F’dan id-diżastru mietu it-18-il plejer tat-tim kif ukoll il-kumplament tal-kontinġent, 31 persuna b’kollox

Il-Ħamis 16 ta’ April
Breakfast u tard dalgħodu mmorru l-ajruport ta’ Linate minn fejn fl-3.40 pm naqbdu t-titjira lura lejn Malta.

PREZZIJIET – kull persuna
KBAR €585
TFAL €532
SINGLE €625

X’Jinkludi l-Prezz
• Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Milan/Malta
• Taxxi tal-ajru, service charge u surcharge
• Transfers Milan/Turin/Milan
• Transfers Turin/Stadju/Turin
• 2 iljieli ġewwa lukanda 3* fuq bażi ta’ B/B
• It-taxxa tal-belt ta’ Turin
• Biljett għall-logħba Juve vs Monaco
• Servizz ta’ Tour Leader

Mhux inkluzi fil-prezz
• Insurance – €18 Kbar, €11 Tfal
• Superga/Tour tal-mużew u stadju – €35 kull persuna

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *