Tour: Juventus-Napoli (23-25 ta’ Mejju)

MatthewJuve News Leave a Comment

Programm sħiħ

Il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju

Niltaqgħu l-ajruport fis-10.45 am sabiex fid-12.45 pm intiru bl-Air Malta lejn Milan. Mal-wasla tagħna, bil-coach immorru lejn il-lukanda gewwa Turin, il-Best Western Hotel Genova (3*). Sistemazzjoni tal-kmamar mal-wasla fil-lukanda. Il-kumplament tal-gurnata tkun libera.

Is-Sibt 23 ta’ Mejju
Nibdew bi breakfast fil-lukanda. Dejjem jekk il-logħba ma tintlagħabx fil-gurnata tal-lum, immorru l-Juventus Stadium sabiex nagħmlu t-tour tal-Muzew u tal-Istadium (entratura nkluza biss għal min huwa membru tal-Club għall-istagun 2014/15).
Il-kumplament tal-gurnata hija libera biex tiskopru l-belt tà Turin.

Il-Ħadd 24 ta’ Mejju
Nibdew bi breakfast fil-lukanda. Dalgħodu jkollkom xi ħin liberu sabiex tkunu tistgħu taraw aħjar il-belt ta’ Turin. Tard wara nofsinhar, bil-coach, immorru lejn il-Juventus Stadium sabiex nassistu għal-logħba tal-kampjonat bejn Juventus u Napoli. Nirritornaw lura lejn il-lukanda hekk kif tintemm il-partita.

It-Tnejn 25 ta’ Mejju
Nibdew bi breakfast fil-lukanda u tard filgħodu l-coach twassalna l-ajruport ta’ Linate sabiex fil-3.40pm intiru lejn Malta.

PREZZIJIET kull persuna
kamra ta’ 3 KBAR — €665
kamra ta’ 2 KBAR — €685
kamra SINGLE — €780
TFAL (minn 2 sa 11-il sena) — €625

Xi jkollok inkluz fil-prezz
• Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Milan/Malta
• Taxxi tal-ajru, service charge u surcharge
• Transfers bil-coach Milan/Turin/Milan
• Transfers bil-coach Lukanda/Juventus Stadium/Lukanda
• 3 iljieli gewwa lukanda 3* f’Turin fuq bazi ta’ B/B
• Biljett ghal-loghba Juventus vs Napoli
• Taxxa tal-belt ta’ Turin
• Servizz ta’ Tour Leader

Mhux inklużi fil-prezz
• Insurance – €18 Kbar u €11 Tfal
• Tour tal-mużew u tal-Juventus Stadium – €20 kull persuna
(mhix mehtiega ghal min huwa membru tal-Club ghall-istagun 2014/15)

** Nota Informattiva

Il-partita Juventus-Napoli hija ppjanata għall-ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 tà Mejju 2015 (id-data eżatta għad trid tiġi stabbilita). Ta’ min isemmi li matul Mejju u Ġunju 2015, il-belt ta’ Turin qiegħda tistenna wasliet ta’ turisti iktar minn normali minħabba l-esposizzjoni sagra tal-liżar ta’ Kristu.

Dan kollu qiegħed iħalli impatt kbir fuq id-disponibilità ta’ kmamar fil-lukandi fil-belt ta’ Turin. Biex iżżid, peress li din taf tkun partita li fiha l-Juventus jiċċelebraw ir-raba’ Scudetto konsekuttiv, l-influss ta’ turisti sportivi se jiżdied mà dawk digà preżenti. Sfortunatament, id-domanda għolja li hemm għall-akkomodazzjoni wasslet biex il-lukandi jgħollu l-prezzijiet. Dan kollu huwa rifless fil-prezz li bih qiegħed jiġi offrut dan it-Tour.

Dan it-tour qiegħed jiġi mtella’ minn aġenzija tal-ivvjaġġar ewlenija bil-kollaborazjoni tal-Club tagħna.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *