Tour: Juventus vs Manchester City / Milan

MatthewJuve News 1 Comment

JUVENTUS VS MANCHESTER CITY
JUVENTUS VS MILAN
20/26 TA’ NOVEMBRU 2015

Il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru
Niltaqgħu l-ajruport fil-11.00 am sabiex fis-1.05 pm intiru bl-Alitalia lejn Ruma. Mistennija naslu Ruma fis-2.30 pm fejn nibdlu l-ajruplan u fil-5.05 pm intiru lejn Turin fejn mistennija naslu fis-6.20 pm. Il-coach tittrasferina lejn il-lukanda tagħna – Best Western Hotel Genova li hija wkoll 3* u tinsab ftit minuti ‘l bogħod bil-mixi miċ-ċentru ta’ Turin.

Is-Sibt 21 ta’ Novembru
Breakfast. Dalgħodu jkollkom xi ħin ġewwa Turin. Tard wara nofsinhar il-coach titrasferina l-istadju għall-logħba Juventus vs Milan. Nirritornaw lura lejn il-lukanda kif tispicca l-logħba.

Il-Ħadd 22 ta’ Novembru
Wara l-breakfast noffrulkom eskursjoni optional ta’ ġurnata għal Courmayeur, villaġġ li jinsab f’qiegħ il-muntanja Mont Blanc. B’muntanji pittoreski, Courmayeur sar wieħed mill-aktar postijiet popolari, fl-Ewropa għall-skiing.

It-Tnejn 23 ta’ Novembru
Għal min irid, wara l-breakfast, se jkun hemm eskursjoni optional ta’ ġurnata għall-belt ta’ Asti. Illum il-ġurnata Asti hija rinomata ħafna għall-inbid Asti Spumante DOCG li tipproduċi. Inżuru wkoll distillerijia li tipproduċi l-grappa. Ikollna wkoll iċ-ċans li nduquha (extra).

It-Tlieta 24 ta’ Novembru
Breakfast fil-lukanda. Eskursjoni optional ta’ ġurnata fejn immorru nagħmlu t-tour tal-istadju u l-mużew tal-Juventus (entratura nkluża). Immorru wkoll Superga, fejn fl-4 ta’ Mejju 1949 iġġarraf l-ajruplan li kien qed iġorr it-tim kollu tat-tim tal-futbol ta’ Torino. F’dan id-diżastru mietu it-18 il-plejer tat-tim kif ukoll il-kumplament tal-kontinġent, 31 persuna b’kollox.

L-Erbgħa 25 ta’ Novembru
Wara l-breakfast tkunu liberi sabiex tagħmlu xi ftit shopping minn ġewwa Turin. Tard wara nofsinhar bil-coach immorru l-istadju għall-logħba Juventus vs Manchester City. Nirritornaw lura lejn il-lukanda kif tispicca l-logħba.

Il-Ħamis 26 ta’ Novembru
Fit-07.45 am intiru minn Torino lejn Ruma permezz ta’ titjira tal-Alitalia fejn mistennija naslu fid-09.00 am. Nibdlu l-ajruplan u fil-10.50 am intiru lejn Malta.

PREZZIJIET – kull persuna
3 KBAR f’kamra – €1015
2 KBAR f’kamra – €1045
SINGLE – €1195
TFAL (2-11 sena) – €928

X’Jinkludi l-Prezz
Titjiriet bl-Alitalia – Malta/Ruma/Turin/Ruma
Taxxi tal-ajru, service charge u surcharge
Transfers kif indikat fil-programm
6 iljieli f’lukanda ġewwa Turin
Biljett għall-logħba Juve vs Manchester City
Biljett għall-logħba Juve vs Milan
Servizz ta’ Tour Leader

Eskursjonijiet            Kbar            Tfal
• Courmayeur             €49             €39
• Asti/Alba                  €49             €39
• Superga/Stadju       €50             €40

Mhux inklużi fil-prezz
• L-eskursjonijiet
• Insurance – €24 Kbar u €17 Tfal
• Taxxa tal-belt ta’ Turin – €11.20 kull adult – trid titħallas fil-lukanda
Dan it-tour qieghed jigi imtella minn agenzija tal-ivvjaggjar ewlenija bil- kollaborazjoni tal-klabb taghna.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *