Triestina-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prova ġenerali ta’ Juventus ġimgħa qabel il-bidu tal-kampjonat marret tajjeb ferm. Juventus dehru atletikament f’sikkithom u tattikament urew li bdew li bdew jassorbu l-ideat ta’ Sarri. Ma ninsewx li Sarri beda jaħdem fuq dat-tim mill-10 ta’ Lulju, prattikament xahar u ġimgħa ilu. F’temp relattivament qasir hu beda jibdel il-mentalità tat-tim: qed naraw il-plejers fil-grawnd jilagħbu u jattakkaw il-ħin kollu, qed idawru l-ballun ferm aħjar u qed ikunu iktar organizzata. Nies bħal Dybala, Douglas Costa u Khedira, li ftit li xejn taw lit-tim is-sena li għaddiet, illum reġgħu saru importanti u l-fiduċja li qed iħossu fihom qed twassal għal wirjiet aħjar. Il-gowl spettakolari ta’ Dybala fl-ewwel taqsima hu eżempju ċar ta’ dan. Jonqos ovvjament li l-plejers il-ġodda jidraw lil sħabhom il-ġodda tat-tim. Imbagħad hemm bżonn anki li Bernardeschi u Douglas Costa jaħdmu iktar għat-tim u inqas għal rashom. Ħafna drabi rajnihom jagħmlu azzjonijiet tajbin u spiċċaw irvinaw kollox għax żammew wisq il-ballun. Fuq dan kollu u iktar se jkompli jaħdem Sarri.

TRIESTINA-JUVENTUS 0-1

Skurja: Dybala (J)

Juventus (4-3-3): Szczesny; Danilo (Cuadrado), Bonucci (Demiral), Chiellini (De Ligt), Alex Sandro (De Sciglio); Khedira (Emre Can), Pjanic (Bentancur), Rabiot (Matuidi); Bernardeschi (Ramsey), Dybala (Mandzukic), Douglas Costa (Higuain). Kowċ: Martusciello.

Triestina (4-4-2): Offredi; Scrugli (Ermacora), Malomo, Lambrughi (Coletti), Formiconi; Procaccio (Hidalgo), Giorico (Steffé), Paulinho (Codromaz), Gatto (Mensah); Granoche (Ferretti), Gomez (Constantino). Kowċ: Pavanel.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *