Juventus ħabbru li silfu lil Stefano Sturaro lit-tim ta’ Genoa. Huma se jħallsu 1.5 miljun Ewro għal das-self u fis-sajf se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro oħra. L-obbligu tax-xiri hu marbut mal-kisba ta’ ċerta objettivi min-naħa ta’ Genoa. Is-somma tista’ titla’ b’8 miljuni oħra f’bonuses. Mhux magħrufa kif se jinħadmu l-bonuses u lanqas x’inhuma l-parametri li jwasslu għall-obbligu tax-xiri.
Matthew Scerri