Vandaliżmu mis-supporters Interisti fl-Allianz Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li s-supporters Interisti wettqu atti vandaliċi fl-Allianz Stadium fi tmiem il-partita kontra Juventus. Allegatament tkissru xi toilets u anki nqalgħu xi siġġijiet. Jidher anki li ġiet aggredita mara tas-security tal-istadium meta ppruvat twaqqaf lil xi supporters Interisti milli jaqbżu l-fence sabiex imorru f’partijiet oħra tal-grawnd. Dejjem is-sit Calciomercato qed jirraporta lis-supporters Interisti bdew idardruha sa mill-ewwel minuti tal-partita u saħansitra bdew jgħajru lis-supporters Bianconeri waqt il-minuta silenzju b’tifkira għal Gigi Radice.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *