Waqqfu l-kompetizzjonijiet Ewropej!

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-farsa Taljana, issa qed nassistu għall-farsa tal-Uefa li qed tkompli għaddejja bil-kompetizzjonijiet Ewropej minkejja r-riskji kbar ta’ saħħa f’dawn iż-żminijiet. Fl-aħħar jumejn rajna xeni li tassew jidhru maqtugħa mir-realtà. Valencia-Atalanta, pereżempju, rat eluf ta’ supporters ta’ Valencia jinġabru barra l-istadium biex jagħtu s-support tagħhom lit-tim tal-qalb tagħhom. Il-logħob l-ieħor li ntlagħab ra ukoll stadiums ippakkjati b’eluf ta’ supporters. Il-periklu Coronavirus ma jinsabx biss fl-Italja. L-Ewropa kollha hi taħt periklu kbir u hu tassew att irresponsabbli li l-kompetizzjonijiet Ewropej ma twaqqfux. L-Uefa qed tilgħab man-nhar u qed tpoġġi f’periklu l-ħajja ta’ eluf ta’ nies sempliċiment biex tissodisfa l-kuntratt mal-isponsors tagħha. Nittamaw li l-awtoritajiet politiċi jsibu mezz biex iwaqqfu lill-Uefa … il-futbol għandu jitkompla biss wara li tkun waslet fi tmiemha l-emerġenza Coronavirus fl-Ewropa kollha!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *