Waslet it-tieni konsenja kbira ta’ tesseri tal-Juventus Official Fan Club

Darren Micallef News Leave a Comment

Il-Kumitat jixtieq javża li waslet it-tieni konsenja tal-Juventus Official Fan Club magħmula minn numru ieħor konsiderevoli ta’ tesseri. Dawk il-membri kollha li t-tessera tagħhom tinsab ma’ din il-konsenja matul il-jum tal-lum il-Ħadd 17 ta’ Diċembru rċevew sms ta’ notifika.

Ftit tal-ġimgħat ilu ġibna minn Turin l-ewwel konsenja u kull persuna kienet notifikata permezz ta’ sms ukoll.

Dawn it-tesseri jistgħu jinġabru minn l-ufficju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8.00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus. Infakkrukom ukoll li dawn ma nibgħatuhomx bil-posta.

Grazzi.

Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *