Willian jitkellem dwar il-futur tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Kemm-il darba smajna u qrajna li Willian jista’ jingħaqad ma’ Juventus das-sajf wara li jkun intemmlu l-kuntratt ma’ Chelsea. Intervistat minn Sun, Willian stqarr dan li ġej: “L-uniċi negozjati konkreti kienu ma’ Chelsea għat-tiġdid tal-kuntratt, imma ma kienx possibbli. Riedu jagħtuni kuntratt ta’ sentejn u jien tlabt tlieta. Issa waqaf kollox. Ix-xewqa tiegħi hi li nibqa’ fil-Premier League imma ma neskludix li nilgħab f’kampjonati oħra. Se nilgħab sal-aħħar tal-istaġun u nara x’se jiġri. Qed nisma’ l-għidut. Naf li qed inqanqal l-interess tal-klabbs, speċjalment għax se nkun bla kuntratt. Għalissa m’hemmx offerti però. Mhux qed naħseb li mmur lura l-Brażil bħalissa. Mhuwiex fil-pjanijiet tiegħi. Għadni interessat ħafna fl-Ewropa.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *