Wirja tajba għal Ronaldo u Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

Ronaldo u Bonucci lagħbu għall-ewwel darba ma’ Juventus dis-sena fl-isfida kontra t-tim Primavera f’Villar Perosa. Huma kellhom wirja mill-aqwa. Anki jekk l-avversarju kien li kien, xorta waħda rajna mingħandhom ħafna mossi sbieħ. Ronaldo fetaħ l-iskor wara biss tmien minuti u wara kellu diversi okkażjonijiet biex jerġa’ jiskurja. Ħin minnhom ipprova rovesciata imma did-darba ma sabx ix-xibka bħalma għamel f’April li għadda. Bonucci, mill-banda l-oħra, rajnieh fl-azzjoni l-iktar bħala playmaker. Fil-fatt l-avversarji ma ħabbtuhx bħala difensur. Minflok rajnieh kemm-il darba jagħti l-long balls tipiċi tiegħu, fosthom anki tnejn għal Ronaldo li ġie waħdu mal-gowler.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *