X’hemm wara l-intervista ta’ Guardiola?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ikompli l-misteru tal-intervista lil Guardiola li Manchester City xandru fuq is-social media waqt il-ġurnata tal-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju. F’din l-intervista Guardiola jistqarr li għalih il-kampjonat Ingliż hu l-aqwa post fejn wieħed jista’ jaħdem bħala kowċ. Dejjem f’din l-intervista Guardiola ta x’wieħed jifhem li se jibqa’ ma’ Manchester City fis-sentejn li ġejjin.

Ftit wara li tela’ online mill-ewwel bdiet tiċċirkola l-aħbar li l-intervista kienet waħda antika u bdiet tissemma d-data tas-6 ta’ Frar. Madankollu dan ma jistax ikun veru peress li fl-intervista hemm referenza għall-unuri mirbuħa minn Manchester City dis-sena. Skont Momblano l-intervista saret fid-19 ta’ Mejju l-għada li Manchester City lagħbu l-aħħar partita tagħhom. Dan kollu jagħmel sens anki għax nafu li Guardiola ilu jdur barra mill-Ingilterra: mar l-Italja jilgħab il-golf, Spanja, l-Emirati u anki l-Amerka. Għladaqstant bilfors li l-intervista ilha xi ftit li saret. Wieħed irid jistaqsi għala din l-intervista ħarġet issa u mhux meta saret. Jista’ jkun li i strateġija biex Juventus u Manchester City jkomplu għaddejjin bit-taħdidiet fil-kwiet? Jew inkella hi biss kumbinazzjoni? Il-misteru jkompli jikber!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *