X’se jagħmel Buffon issa?

MatthewJuve News Leave a Comment

“Sa ħmistax ilu kien ċert li kont se nieqaf nilgħab. Issa waslu diversi opportunitajiet stimolanti kemm ġewwa u barra ‘l grawnd. L-aqwa offerta barra l-grawnd waslitli minn Andrea Agnelli. Wara li tgħaddi l-partita tas-Sibt, se nieħu ftit jiem biex niddeċiedu l-futur tiegħi. Se nżomm lil Agnelli bħala persuna prezzjuża biex jagħtini l-pariri”. Dan kien il-kliem ta’ Buffon illum. Jirriżulta li PSG u Manchester United iriduh b’saħħa biex jiddefendi l-lasti tagħhom. Fil-konferenza tal-lum, Buffon spjega li hu għażel li jitlaq lil Juventus għax xtaq li jħalli lil Juventus meta jkun għadu fl-aqwa tiegħu. Hu temm jgħid li l-mentalità li tgħallem ma’ Juventus se jġorrha miegħu għal ħajtu kollha.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *