Zaza. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu qomnu b’geġwija ta’ aħbarijiet dwar Giovinco u Zaza. Tajjeb li nagħmlu ftit tal-ordni u nipprovaw nifhmu x’qed jiġri.

L-ewwel nett kull gazzetta u website qed tirraporta li Juventus jixtiequ jxolju l-kuntratt ta’ Giovinco u minfloku jġibu attakkant ieħor. L-aġent ta’ Giovinco, Andrea D’Amico stqarr tard ilbieraħ li s’issa għad m’hemm l-ebda talba f’dan is-sens min-naħa ta’ Juventus.

Intant hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar l-akkwist ta’ Zaza. Skont ‘Sportmediaset’, Sassuolo jridu flus biss għal Zaza. Mill-banda l-oħra “Libero” tikteb li Coman jew Pepe jistgħu jidħlu fid-deal għall-akkwist ta’ Zaza. Dan l-għaliex Sassuolo jkollhom bżonn attakkant ieħor flok Zaza u issa ma tantx fadal żmien biex isibuh. Din hi kwistjoni pjuttost delikata u tista’ twassal sabiex Sassuolo joppontu trasferiment ta’ Zaza ma’ Juventus f’Jannar. Għaldaqstant “Tuttosport” tikteb li Juventus għandu lesti l-alternattivi: Pazzini jew Osvaldo.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *