3 PUNTI BI TBATIJAby Pierre Borg
Wara t-telfa dizappuntanti kontra Sassuolo ergajna irritornajna ghar-rebh. Kienet loghba difficli specjalment fl-ewwel taqsima ghalkemm Lecce ma’ kienux perikoluzi u ahna fallejna biss cans tajjeb ta’ Chiesa bil-ballun jghaddi ftit barra mill-lasti. Konna dominati mil-biza u nuqqas ta’ trankwilita fil-players taghna.
Kienet evidenti hafna li l-players ma’ kienux komdi ghaliex bdejna naraw biss hafna tidwir tal-ballun minghajr ebda player li jiehu inizjattiva u nazzarda nghid li lanqas xutt gol-lasta kwazi ma’ rajna u filfatt l-ewwel taqsima ntemmet b’tisfir assordanti mil-partitarji li kienu prezenti gewwa l-istadium.
Naturalment inutli nkompli nirrepeti u forsi hafna minnkom jahsbuwa bhali kollha kemm ahna nafu d-difetti tattici tat-tim taghna u l-limitazzjonijiet taghna. Fit-tieni taqsima fortunatament morna fil-vantagg permezz ta’ Milik illi ta’ player opportunist li hu tefa l-ballun fix-xibka wara azzjoni insistita mil-players taghna fil kaxxa avversarja.
Kienet importantissima li morna fil-vantagg ghaliex loghba b’avversarji tip ta’ Lecce malajr jitilghu b’xi ballun u jsibulek xi gowl u izjed kienet iggibna fl-inkwiet ghaliex niddubita kemm is-sitwazjoni mentali u fizika taghna bhalissa kienet tippermettilna li nirkupraw izda fortunatament dan ma’ garax.
Sintendi d-difetti hemm ghadom u mhux ha jisparixxu mil-illum ghal ghada izda bid-dhul ta’ Fagioli rajna ftit aktar kwalita, innutajt illi fl-ahhar kawza tal-paprati li graw u ghamilna kontra Sassuolo inqatghu dawk il-passaggi inutli fil-kaxxa taghna stess biex nibdew l-azzjoni u nahseb bhali ghidtu waqt il-partita ghal erwieh, ghaliex la ma’ ghandniex players adatti biex nibdew l-azzjoni minn fejn il-gowler taghna inutli nibqghu ninsistu u nirriskjaw.
Fl-opinjoni tieghi l-ahjar players kienu Chiesa, Fagioli u Mckennie li ghalkemm full back mhix il-pozizzjoni tieghu xogholu qed jaghmlu sew, filwaqt li dizappuntanti ghal darbohra kien Rabiot li rega waqa f’monotonija kbira u ftit huma l-mumenti li juri l-player li jista jkun, ergajna rajna zbalji ta’ passes banali minn naha tieghu.
Qabel naghlaq dan l-artiklu xtaqt nirringrazja lill-kumitat kollu tal-klabb taghna ta’ l-opportunità li jtuni li nikteb dawn l-artikli biex naqsam l-opinjonijiet tieghi maghkom u niehu gost li tikkumentaw u tghidu x’tahsbu intom ukoll u mhux bilfors li dejjem wiehed jaqbel ma’ l-iehor u dak hu s-sabih ta’ dan il-grupp; naturalment nirrispettaw lil xulxin fil-kummenti taghna ghaliex kulhadd ghandu dritt jesprimi ruhu u meta wiehed jikkritika ma’ jfissirx li mhux Juventin fuq kollox ahna sapporters u kollha irridu l-gid u glorja lit-tim li tant inhobbu.
FORZA JUVE DEJJEM