BIDU B’REBHA FL-EWROPA
Bdejna b’rebha konvincenti fl-ewropa u naturalment hekk kellu jkun, dik kien jonqos infallu f’darna kontra tim ta’ livell baxx imma ghalkemm xorta t-tim itini sensazzjoni ta’ fragilita tattika bhal l-istagun li ghadda, ghalmenu rajna reazzjoni u sibna x-xibka 5 darbiet.
Fl-opinjoni tieghi leader assolut qieghed ikun il-player Nico Gonzalez, bil-kwalita u d-determinazjoni tieghu qeghdin naraw inizjattiva u gowls, xi haga li ftit mil-players taghna jaghmlu. Infakkarkom li l-istess Nico Gonzalez kieku giet somma tajba kien itir ukoll u konna noqghodu nibkuh izda gietna tajba.
Kif ghidt rajna reazjoni wara t-telfa iebsa kontra sassuolo. Morna fil-vantagg ma’ l-ewwel ghaxar minuti u dan ghin hafna biex ftahna d-difiza avversarja, wasal ukoll l-ewwel gowl ta’ Alajbegovic li ukoll kellu partita tajba hafna flimkien mad-debutt tal-gowler li jidher sod fil-lasta u ta’ personalita li mil-pass fit-tul tieghu wasal l-ewwel gowl.
Importanti wkoll li Kolo Muani sab ix-xibka, forsi dan il-player iqum mir-raqda li kien rieqed sa issa u niehdu xi haga minnu! Kif ghidt inzommu kawti ghaliex l-avversarju ma’ kienx ta’ xi livell kbir izda dawn it-tip ta’ partiti jtuk certa indikazjonijiet u tidhol ftit certezza fil-players, ghalmenu hekk nispera.
Nhar il-hadd lura ghal kampjonat kontra Atalanta, zgur li ser tkun loghba izjed difficli, nisperaw li nibdew nuru personalita f’darna u ma’ nkomplux nitilfu punti f’dan il-bidu tal-istagun u ninqataw minn issa minn ta’ fuqna.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM
















