Chiellini joħodha kontra Balotelli u Felipe Melo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa d-dieħla se jkun għall-bejgħ il-ktieb ta’ Giorgio Chiellini, Io, Giorgio fejn kellu kliem tassew iebes fil-konfront ta’ Mario Balotelli u Felipe Melo. Fi kliem Chiellini, Balotelli hu “persuna negattiva, bla ebda rispett lejn il-grupp.” B’mod partikolari ftakar li fil-Confederations Cup tal-2013 Balotelli ma tax l-iċken kontribut lit-tim u żied: “Ħafna kien jqisuh, dak iż-żmien, fost l-aqwa ħamsa tad-dinja, imma jien qatt ma ħsibt li lanqas kien mal-aqwa għaxra jew għoxrin.” L-agħar wieħed, però, kien Felipe Melo. Chiellini sejjaħlu “mela marcia” (tuffieħa mħassra) għax ma kellux rispett lejn sħabu u ried dejjem imur kontra kulħadd.

Fl-intervista lil La Repubblica, Chiellini sostna li hu m’għandu xejn kontra ħadd u lest jilgħab anki magħhom it-tnejn. Stqarr imma li ma jaċċettax li xi ħadd jonqos mir-rispett lejn ħaddieħor. Skontu kulħadd jista’ jagħmel żball, imma meta tkun xi ħaġa rikorrenti, allura jkun ifisser li hemm nuqqas kbir ta’ rispett. Chiellini temm jgħid li Balotelli u Felipe Melo huma l-uniċi tnejn fil-karriera tiegħu li qabżu kull limitu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *