Għall-Flokk u l-Isem bissby Pierre Borg
Apparti l-ennezima porkerija tal-var ilbierah u kif kien qal ex player ta’ Juventus Massimo Mauro, il-var fl-Italja qieghda biss biex taghmel hsara lill-Juventus u xejn aktar ghax biex ma’ tarax foul bhal dak fuq Cuadrado mbaghad taghti corner inezistenti ukoll fl-istess azzjoni jrid ikollok ghajnejk jaghtu lejn is-sema! U dawn ghad ghandom il-kuragg u l-wicc jghajru lilna hallelin; dawn li sa ftit ilu bhala President kellom l-iktar bniedem korrot li hemm fl-Italja.
Izda xejn minn dan ma’ ghandu jservi ta’ skuza tas-sitwazzjoni li t-tim jinsab fiha. Fl-ahhar artikli ktibt u ghidt illi ma’ narawx kbir u nahsbu li solvejna l-problemi ghax irbahna lil bologna u maccabi haifa. Xejn minn dan anzi pjuttost l-affarijiet sejrin ghal ghar. Kif dejjem ghidt u sostnejt il-Juventus ghanda problemi socjetarji u strutturali kbar fejn nerga nghid b’wicci minn quddiem illi jekk il-propjeta m’hiex bihsieba tammetti u tghid li ma’ fadalliex aktar motivazzjoni u aptit tinvesti fil-club u fil-football, difficli li Juventus jergaw ikunu dik is-socjeta dominanti anka fl-ewropa fejn almenu tibni tim li kapaci jasal ma’ ta’ l-ewwel. Is-socjeta tidher car li tilfet kull certezza u kull manuvra u pjan il fejn sejrin. Bi president illi sparixxa ma’ jnissilx kelma u saqqaf wiccu biex ghamel ghedewwa kullimkien specjalment f’posizzjonijiet gholja tal-UEFA. Biex ma’ ninsewx ukoll li kecca sapporters mill-istadium u sirna ukoll qisek mort il-quddiesa tal-hadd! Biex ma’ nsemmux il-prezzijiet esagerati tal-biljetti qisu ghandna xi tim bhal real madrid jew xi manchester city!
Izda nigu ghal partita kontra milan u naqsam l-opinjoni tieghi maghkom. Bhas-soltu bdejna l-ewwel kwarta jew ghoxrin minuta fejn konna mhux hazin bhala pussess tal-ballun kif bdejna ntellawh ghalkemm ma’ konniex xi perikoluzi. Bhas-soltu wara 20 minuta sparixxejna fejn totalment tlifna l-midfield b’Locatelli totalment ma’ kienx jaf fejn qieghed wisq aktar xi jrid jaghmel player tal-misteru bla personalita ta’ xejn li ghalih hallasna 45 miljun! Nigi ghad-decizjonijiet li ha l-kowc taghna; xi hadd jista jispjegali kif tigi loghba mportanti bhal tal-bierah u sserrah l-ahjar midfielder li ghandna Paredes? Xi hadd jista jispjegali kif taqla l-gowl fi tmiem l-ewwel taqsima wara li tkun ghamilt half mhux hazin u qlajt gowl ingustament u fit-tieni taqsima tohrog qisek mejjet kulhadd illupjat; ma’ tarax azzjoni jew tqassima tajba jew cross wiehed lejn l-attakkanti taghna basta infaqna 70 miljun fi player illi rnexxilna ngibuh s’issa ma’ jiswiex 70 cents; xejn ma’ jnehhi l-fatt li Vlahovic lanqas izomm jew jikkontrolla ballun semplici mhu qieghed. Imbaghad id-dahqa tas-seklu! Malli qlajna it-tieni gowl bdew it-tibdiliet fejn induna li Locatelli kien loghba fuq il-gamomilla u dahhal lil Paredes, tibda tghid u tistaqsi lilek innifsek imma dan bis-serjeta? Jew qed jaghmel apposta biex jibda jithallas ta’ xejn ghaliex ser nibda nahseb illi dan il-bniedem lanqas motivazzjoni li jikkowcja ma’ fadallu. Infakkar lil kulhadd illi ghaddew sena u nofs, it-tim suppost issahhah u ghadna ma’ rajniex l-icken progress u lanqas sistema ta’ xi haga anzi konfuzjoni dejjem tizdied, fizika dizastru, players demotivati u kull player li jigi akkwistat jispicca misteru tal-monotonija ta’ loghba li ghandna.
Nammira lil min ghadu jiddefendi dan kollu, dan l-ispettaklu mizeru li dan il-bniedem wassalna fih. J’alla jsir xi miraklu u jinbidlu l-affarijiet izda nfakkarkom illi ghadu Ottubru ninsabu nofs sieq barra mil-ewropa, kwazi 10 punti minn ta’ fuq b’tim li huwa fragilissimu mentalment u fizikament. Jien dejjem tghallimt li ma’ niddefendix l-indiffendibli.
FORZA JUVE DEJJEM