Juventus iridu jneħħu lil Khedira malajr kemm jista’ jkunby Aleandro Bartolo
Sami Khedira qed jifli bir-reqqa l-offerta li qed jaslulu u jidher li m’għandux għaġġla biex jagħżel. Juventus, mill-banda l-oħra, qed jittamaw li ma jdumux ma jarawh ma’ tim ieħor. Nafu li fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klabbs kollha tal-Ewropa, tim irid jeħles mill-paga ta’ plejer qabel ikun jista’ jidħol għal paga ta’ plejer ieħor. Fi kliem ieħor jekk jitlaq Khedira Juventus ikunu jistgħu joffrulu l-paga tiegħu (6 miljuni) lil xi plejer li jħossu li hu iktar utli għat-tim tagħhom. Il-biża’ hi li Khedira jdum jittrattjieni sal-aħħar u hekk Juventus ma jkollhomx il-ħin biex isibu plejer ieħor imbagħad.
Matthew Scerri