Juventus ma jridux li Ronaldo jitlaq b’xejn!by Aleandro Bartolo
Dalgħodu l-aġent Jorge Mendes ġie msejjaħ fis-Sede ta’ Juventus. Preżenti għal-laqgħa miegħu kien hemm żgur Nedved, Arrivabene u Cherubini. Hemm min qed jgħid li kien preżenti anki Agnelli. Allegatament Juventus jinsabu rrabjati ferm ma’ Mendes għall-imġiba tiegħu u għamluhielu ċara li jinsabu urtati għal kif qed iġib ruħu. Jidher li Juventus lanqas biss riedu jisimgħu l-offerta ta’ Manchester City, biss wissew lil Mendes li Ronaldo fadallu sena kuntratt u mhux se jħalluh jitlaq b’xejn.
Tajjeb infakkru li dalgħodu kien qed ikun irrapurtat li Manchester City lest joffru kuntratt ta’ sentejn lil Ronaldo b’nofs il-paga li qed jagħtuh Juventus. Barra minn hekk l-Ingliżi ma jrid jħallu l-ebda somma lil Juventus għal Ronaldo.
Il-laqgħa ma’ Mendes issejħet minn Juventus u ma kinitx mitluba mill-aġent. Juventus huma urtati li Mendes mar Turin jiddiskuti ma’ Ronaldo offerta ta’ klabb ieħor mingħajr ma kien għarrafhom. Tant kienet urġenti dil-laqgħa li ħadd mid-diriġenti Bianconera ma mar Istanbul għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz taċ-Champions League.
Matthew Scerri