Juventus se jħallsu parti mill-paga ta’ Ramsey fis-sitt xhur li ġejjinby Matthew Scerri
Skont rapporti mhux uffiċjali, Juventus se jkunu qed jibqgħu jħallsu 30% tal-paga ta’ Ramsey fis-sitt xhur li ġejjin. Il-gazzetta ‘Daily Mail’ qiegħda anki tirraporta b’mod esklussiv li fil-kuntratt ta’ Ramsey kien hemm klawżola li tistipula li kieku Ramsey baqa’ ma’Juventus sa Ġunju 2022, il-kuntratt itegħu kien awtomatikament jiġġedded għal sena oħra sal-2024 minflok sal-2023 hi li d-data attwali ta’ tmiem il-kuntratt tiegħu. Fi kliem ieħor Juventus kellhom kull interess li jneħħu lil Ramsey biex jevitaw sena paga iktar li tfisser 7 miljuni oħra, taxxi esklużi.
Matthew Scerri