Kurżitajiet mill-passat marbutin mat-8 ta’ Frarby Aleandro Bartolo
1. L-ewwel gowl ta’ Davids ma’ Juventus
25 sena ilu Edgar Davids kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. B’kollox hu lagħab 235 partita ma’ Juventus u skorja 10 gowls. Kif għidna, l-ewwel wieħed wasal waqt Juventus-Roma tat-8 ta’ Frar 1998.
2. L-uniku gowl ta’ Poulsen
Fit-8 ta’ Frar 2009 Juventus lagħbu kontra Catania u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-2. Dakinhar kien skorja Christian Poulsen. Interessanti li dan kien l-uniku gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’60 partita.
3. Id-debutt ta’ Padoin u t-tieni darba għal Caceres
Fit-8 ta’ Frar 2012, fil-partita tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus, Simone Padoin kien għamel id-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kien lagħab anki Martin Caceres li kien irritorna ma’ Juventus wara snin sentejn ma’ Seville. Padoin u Caceres kienu l-akkwisti tal-mercato tax-xitwa ta’ dik is-sena u lagħbu proprju kontra Milan fil-Coppa Italia. Għal Caceres kienet partita speċjali peress li hu skorja ż-żewġ gowls tar-rebħa Bianconera.
4. L-aħħar partita ta’ Giovanni Ferrari
Giovanni Ferrari kien jifforma parti mill-Juventus tal-Quinquennio d’oro (1930-1935) meta l-Bianoneri rebħu ħames scudetti infila. Wara mbagħad kien mar jilgħab ma’ Inter u Bologna fejn rebaħ rispettivament 2 scudetti u 1 scudetto. Fl-istaġun 1941-42 hu rritorna ma’ Juventus. L-aħħar partita li hu qatt lagħab bil-flokk ta’ Juventus kienet proprju fit-8 ta’ Frar 1942 kontra Padova fil-Coppa Italia.
5. L-aħħar gowl ta’ Pietro Rava
Fit-8 ta’ Frar jaħbat anki l-anniversarju tal-aħħar gowl li Pietro Rava skorja għal Juventus. Hu kien difensur u allura ma tantx kien ikollu l-opportunità li jiskorja spiss. Fit-8 ta’ Frar 1948, Rava kien skorja fil-partita Pro Patria-Juventus 2-3.
6. Riżultati tal-partiti kollha li Juventus lagħbu fit-8 ta’ Frar
Data | Kompetizzjoni | Partita | Riżultat |
08.02.1914 | Kampjonat tal-Ewwel Kategorija | Juventus-Como | 9-0 |
08.02.1920 | Kampjonat tal-Ewwel Kategorija | Brescia-Juventus | 0-0 |
08.02.1925 | Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni | Spal-Juventus | 0-2 |
08.02.1931 | Serie A | Pro Patria-Juventus | 1-3 |
08.02.1942 | Coppa Italia | Juventus-Padova | 1-0 |
08.02.1948 | Serie A | Pro Patria-Juventus | 2-3 |
08.02.1953 | Serie A | Juventus-Atalanta | 1-1 |
08.02.1959 | Serie A | Udinese-Juventus | 0-4 |
08.02.1967 | Tazza tal-Fieri | Juventus-Dundee United | 3-0 |
08.02.1970 | Serie A | Torino-Juventus | 0-3 |
08.02.1976 | Serie A | Verona-Juventus | 1-2 |
08.02.1981 | Serie A | Juventus-Cagliari | 1-1 |
08.02.1984 | Coppa Italia | Juventus-Bari | 1-2 |
08.02.1987 | Serie A | Juventus-Empoli | 3-0 |
08.02.1998 | Serie A | Juventus-Roma | 3-1 |
08.02.2003 | Serie A | Juventus-Empoli | 1-0 |
08.02.2004 | Serie A | Roma-Juventus | 4-0 |
08.02.2006 | Serie A | Juventus-Parma | 1-1 |
08.02.2009 | Serie A | Catania-Juventus | 1-2 |
08.02.2012 | Coppa Italia | Milan-Juventus | 1-2 |
08.02.2017 | Serie A | Crotone-Juventus | 0-2 |
08.02.2020 | Serie A | Verona-Juventus | 2-1 |
Matthew Scerri