L-istorja li setgħet kellha tmiem ferm aħjarby Aleandro Bartolo
Wara t-tkeċċija (u t-tmiem ta’storja twila aktar minn tminn snin) l-għada tal-finali tat-Coppa Italia, Juventus u Massimiliano Allegri baqaw jikkomunikaw bejniethom biex jevitaw li jispiċċaw il-qorti.
II-kowċ minn Livorno, li fl-aħħar jiem kien ċaħad l-akkużi li saru kontrih mill-club bianconero f’ittra, ifformula proposta lill- managers tal- ‘Vecchia Signora‘ biex jagħlqu l-kwistjoni b’soluzzjoni.
Preċiżament, tirrapporta ‘La Gazzetta dello Sport‘, l-eks kowċ ta’ Cagliari u Milan qed jitlob 14-il miljun ewro gross għalih u l-istaff tiegħu meta mqabbel mal-20 miljun previsti mill-kuntratt imfassal f’Mejju 2021 mal-eks president Andrea Agnelli.
Ir-risposta negattiva mingħand Juventus hija kważi ovvja hekk kif għandhom l-għan li jbaxxu ċ-ċifra.