Kaio Jorge jasal Turin illum!

MatthewJuve News Leave a Comment

Kaio Jorge mistenni jasal Turin illum u hekk tibda l-avventura tiegħu ma’ Juventus. Bħal dejjem se jsirulu t-testijiet mediċi u wara jkun jista’ jiffirma l-kuntratt. Qed jissemma li hu ngħata kuntratt sal-2026 b’paga ta’ 1.5 miljun Ewro flimkien ma’ bonuses oħra. Santos se jkunu qed idaħħlu s-somma ta’ 3 miljuni maqsuma f’żewġ rati. Matthew Scerri

Meta se nikbru?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħafna supporters Juventini insabu kemxejn irrabjati għall-fatt li Juventus se jneħħu lil Demiral. F’dawn is-sigħat qrajt u smajt ħafna. Inħossni li qed ngħix sitwazzjoni li diġà rajna u għexna ftit tas-snin ilu meta tneħħa Caldara biex ġibna lura lil Bonucci. Nemmen li dat-trasferiment ta’ Demiral iwassalna għal numru ta’ riflessjonijiet. Qabelxejn, ninsab konvint li Juventus ilhom snin li bidlu l-istrateġija …

Demiral lejn self ma’ Atalanta

MatthewJuve News Leave a Comment

Merih Demiral hu mistenni jingħaqad ma’ Atalanta b’self. Qed ikun irrapurtat li Atalanta se jħallsu bejn 3 u 4 miljuni biex jiksbuh b’self għal sentejn u wara jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro. Demiral se jkun qed jieħu post Romero li Atalanta bigħu lil Tottenham għal 55 miljun. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

MatthewJuve News Leave a Comment

Adrien Rabiot sofra injury muskolari waqt it-training ta’ jumejn ilu. Ilbieraħ sarulu xi testjijiet fil-JMedical u rriżulta li l-injury f’koxxtu mhuwiex daqstant gravi. Madwar għaxart ijiem oħra, se jsirulu aktar testijiet biex it-tobba ta’ Juventus ikunu jafu kif qed ifieq il-muskolu. Matthew Scerri