Il-kundizzjonijiet ta’ Juventus biex ibigħu lil McKennie

MatthewJuve News Leave a Comment

Weston McKennie jista’ jitlaq lil Juventus. Ilna nisimgħu u naqraw li McKennie jaf ikun mibjugħ minħabba li Juventus jeħtieġu jagħmlu plusvalenze sat-30 ta’ Ġunju meta tagħlaq is-sena finanzjarja. McKennie sewa lil Juventus 18.5 miljun Ewro flimkien ma’ 6.5 miljun Ewro oħra f’bonuses. Dan ifisser li biex Juventus ibigħuh trid taslilhom offerta minn tal-inqas ta’ 30 miljun Ewro. Barra minn hekk …

L-Uefa ma tistax tieħu passi kontra t-timijiet fundaturi tas-Super League

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ ESPN irrapurtaw li Juventus, Barcellona, Real Madrid, Inter u Milan kienu qed jirriskjaw li jiġu esklużi għal sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej bħala kastig talli formalment għadhom jagħmlu parti mis-Super League (Inter però jidhru li jinsabu qrib li jilħqu ftehim biex joħorġu mis-Super League). Jidher imma li dan il-pass dixxiplinari ma jistax jittieħed mill-Uefa hekk kif hemm sentenza ta’ Qorti …

Ir-referees tal-partiti tal-35 Ġurnata tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m. Spezia-Napoli: Irrati Udinese-Bologna: Santoro Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m. Inter-Sampdoria: Ayroldi Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m. Fiorentina-Lazio: Maresca Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 12.30 p.m. Genoa-Sassuolo: Mariani Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m. Benevento-Cagliari: Doveri Verona-Torino: Massa Parma-Atalanta: Giua Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m. Roma-Crotone: Sozza …

Juventus kisbu lil Huijsen

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus kisbu lid-difensur ta’ Malaga, Dean Huijsen. Hu għad għandu sittax-il sena. Jilgħab bħala difensuri ċentrali u fiżikament hu b’saħħtu ħafna. Fuqu kien hemm Real Madrid u Sevilla, biss finalment kienu Juventus li kisbu l-firma tiegħu fuq il-kuntratt kif ikkonferma missieru stess ma’ Voetbalzone.nl. Matthew Scerri

Infantino jċanfar lil Ceferin u jappella biex ma jkunx hemm sanzjonijiet għall-fundaturi tas-Super League

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-Fifa, Gianni Infantino ta intervista lil L’Equipe fejn kellu kliem iebes fil-konfront tal-Uefa u ta’ Ceferin. Sostna li m’għandhom jittieħdu passi fil-konfront tat-tnax-il tim li waqqaf is-Super League. Skontu s-sanzjonijiet jaf ikollhom riperkussjonijiet kbar u xi ħadd irid iġorr eventwalment ir-responsabbiltà tagħhom. Qal ukoll li jekk jittieħdu passi kontra t-timijiet konċernati, jintlaqtu l-plejers,  il-kowċis u l-partitarji li m’għandhom ebda …