Id-dati tas-Serie A 2021/22

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Lega Calcio llum iddeċidiet id-dati tal-kampjonat 2021/22. Is-Serie A se tibda fit-22 ta’ Awwissu u se tintemm fit-22 ta’ Mejju 2022. Se jkun hemm waqfa tal-Milied bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022. Dawn id-dati għad iridu jkunu approvati mill-FIGC. Matthew Scerri

Timijiet tal-Lega Pro esklużi mill-Coppa Italia!

MatthewJuve News 1 Comment

Calcio & Finanza qed jirrapurtaw li ntlaħaq ftehim waqt laqgħa tal-Lega Calcio sabiex mill-istaġun li jmiss il-Coppa Italia tkun riservata biss għal timijiet tas-Serie A u tas-Serie B. Timijiet tal-Lega Pro mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem. Il-futbol tan-nies, il-ħarsien tal-interess taż-żgħar, apparentament huma kunċetti tajbin biss meta jkun jaqblilhom ċerta timijiet! Matthew Scerri

Min jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Alex Sandro jista’ jkun li jitlaq lil Juventus das-sajf. Skont Tuttosport hemm tlett iplejers li jistgħu jiħdulu postu ma’ Juventus: Emerson Palmieri (Chelsea), Gosens (Atalanta) u José Gayà (Valencia). Fl-aħħar sigħat kellna anki rapporti li Gosens irrifjuta offerta mressqa minn Leicester minħabba li hu qed jagħtu l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus. Matthew Scerri