PROBLEMI U MANIPULAZZJONIby Pierre Borg
Difficli wara l-partita tal-bierah tkun taf minn fejn ser taqbad tibda, bhalkom u bhal kull supporter li jhobb it-tim Juventin m’humiex granet facli specjalment illum wara l-porkeriji li graw il-bierah fil-minuti finali tal-loghba.
Sfortunatament l-affarijiet jidhru mhux biss koroh izda letteralment jintnu ghaliex fl-opinjoni tieghi mhux il-bierah biss izda anka fil-loghba kontra Roma, dawn mhumiex zbalji izda manipulazjoni totali kontrina. Il-var suppost li gie ivvintat biex ma’ jkunx hemm polemika u tinqata l-famuza arja tas-suspett. Izda mhux talli ma’ garax hekk talli l-affarijiet jidhru koroh aktar u letteralment immanipulati minn dawn ir-referees inkompetenti li qeghdin jitfaw id-destin tar-rizultati fejn iridu huma!
Kemm kellu ragun Luciano Moggi snin ilu fejn qal jekk ma’ tiqfilomx jghaddu minn fuqek! Kemm kellu ragun Antonio Giraudo snin ilu meta qal ahna ha nitilqu imma l-quddiem se taraw min huma l-kriminali u l-hallelin! U hekk kien ezatt ghalhekk dak iz-zmien konna antipatki ghax kellna min kien kapaci jmexxi u kapaci jiddefendi lis-socjeta minn kull aspett. Sfortunatament anka hafna minna jridu jahbuh dak z-zmien ma nafx ghaliex!
Illum sirna simpatici u hafna simpatici ghax minn super potenza li konna sa 4 snin ilu sirna l-inter ta’ moratti nkeccu u narmu t-tajjeb flok nibnu bilmod u bis-sens, nigru u nghaglu f’ghazliet diskutibli. Nsaqqfu wiccna ghal haddiehor fl-ewropa biex naghmlu aktar ghedewwa u jsofri aktar it-tim fil-pitch.
Ghalhekk ninsabu fis-sitwazzjoni li jigu Spezia u jaghmlu li jridu f’darna, ghalhekk jigu PSG u nghidu ahna mahniex ta’ jdejhom, ahna mal-Benfica l-glieda, ghalhekk jigu Salernitana u jaghmlu bhal Spezia f’darna!
Apparti l-episodji gravi tal-bierah hija inaccetabbli hemm kemm hemm neqsin li nilghabu b’din il-medjokrita u irridu naqalaw bhal bierah biex nibdew nilghabu. Ir-reazzjoni li rajna lbierah missna rajniha ma l-ewwel minuta u mhux bhas-soltu nilghabu 10 minuti u nibdew nhallu l-oppost jigi fuqna u ghalina.
Kont wiehed minn dawk li emmint li Allegri setgha jirranga s-sitwazzjoni u kont nemmen illi wara sentejn wieqaf aggorna ruhu tattikament, assolutament mort zmerc. L-unika tim fl-ewropa b’loghba slow li ma tarax sugu ta’pressing jew azzjonijiet veloci. Bqajna bil mentalita ta’ meta kien ikollna 10 punti vantagg allura hallihom ha jigu u ahna nqassmu l-loghba kif irridu.
Hafna jghiduli x’taghmel tkeccih? Lil min ha iggib? U naqbel 100% maghhom ghalhekk ma’ kellux jitnehha meta tnehha ghax alternattivi ma’ kellomx u tafu daqsi biex konna twikkejna u lanqas kellu jerga jingieb lura imma l-pika li dahlet bejn il-president u Pavel Nedved dak li gabet wara l-falliment ta’ Pirlo, Andrea Agnelli ried juri lil Nedved min jikkmanda.
Ghalhekk il-problemi huma profondi aktar milli nahsbu u meta ma’ jkollokx tmexxija cara u soda fid-decizjonijiet tasal f’li wasalna illum.
FORZA JUVE DEJJEM