Il-plejers ma ridux lil Balotelli

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li kienu l-plejers ta’ Juventus stess li waqqfu l-akkwist ta’ Mario Balotelli. Raiola verament kien offrieh lil Juventus, imma l-plejers opponew dan it-trasferiment peress li beżgħu li l-karattru ta’ Balotelli seta’ joħloq diżgwid fi ħdan it-tim. Matthew Scerri

Aktar dwar Balotelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum kien hemm ħafna rumours dwar Mario Balotelli. L-aġent tiegħu, Raiola sejjer jiltaqa’ ma’ Rodgers nhar it-Tlieta u x’aktarx se jitlob li jkun mibjugħ peress li m’għadx għandu postu garantit mal-ewwel ħdax ta’ Liverpool. Intant ‘Sky’ qed jirrapurtaw li, minn sorsi qrib il-klabb Juventin, il-Bianconeri mhux vera jridu lil Balotelli. Matthew Scerri

Ifaqqa’ anki l-isem ta’ Balotelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-edizzjoni tal-lum ta’ “Tuttosport” naqraw li l-aġent Mino Raiola qed jagħmel pressjoni qawwija sabiex Juventus jixtru lil Mario Balotelli. Ilbieraħ, fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Napoli-Juventus, Allegri stqarr li meta kkowċja lil Balotelli ma’ Milan, l-attakkant Taljan kien mar tajjeb. Insomma Allegri jidher lest li jilqa’ lura lil Balotelli. Nafu wkoll li din il-ġimgħa Raiola kien Vinovo u tkellem ma’ Paratici. …