Posts

Bonucci fieq!

Leonardo Bonucci fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar żewġ swab tests li sarulu u għaldaqstant jista’ jitqies bħala mfejjaq mill-virus. Bonucci issa se jibda jitħarreġ mal-bqija ta’ sħabu biex jipprepara għall-partita kontra Atalanta.

Matthew Scerri

Bernardeschi pożittiv għall-Covid-19

Federico Bernardeschi hu pożittiv għall-Covid-19. Dan ħabbruh Juventus ftit tal-minuti ilu. Hu m’għandux sintomi. Kif jitlob il-protokoll, Bernardeschi beda jagħmel il-kwarantina u se jkun segwit mill-istaff mediku.

Matthew Scerri

McKennie, Dybala u Arthur imħarka għax kisru r-regolamenti kontra l-imxija tal-Covid-19

Għall-ewwel dehret li hi ċajta tal-1 ta’ April, biss din l-aħbar qed tingħata minn diversi sorsi u ma ġietx miċħuda minn Juventus jew mill-plejers innifishom. Għaldaqstant nistgħu nieħdu bħala vera l-aħbar li lbieraħ il-pulizija Taljana marret fir-residenza ta’ McKennie għall-ħabta tal-11.30 ta’ billejl. Hemm sabu li kienet għaddejja ikla li għaliha kienu preżenti 10 persuni (20 skont sorsi oħra). Fost il-mistednin kien hemm anki Dybala u Arthur. Din l-ikla tmur kontra l-miżuri tal-Gvern Taljan u għaldaqstant kull persuna mistiedna ġiet imħarka. Probabbli li t-tlett iplejers se jingħataw multa min-naħa ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Lazio mixlija li kisru l-protokoll tal-Covid-19

Lotito, il-klabb ta’ Lazio u żewġ tobba (Ivo Pulcini u Fabio Rodia) se jkunu mressqa quddiem il-Bord tad-Dixxiplina b’akkuża li nkiser il-protokoll tal-Covid-19 fl-okkażjoni tal-partiti li huma lagħbu kontra Torino u Juventus f’Ottubru u Novembru li għadda. L-akkuża hi gravissima għax allegatament Lazio lagħbu kontra Torino bi plejer li kien pożittiv għall-Covid, filwaqt li kien hemm plejer pożittiv li ismu jidher fil-lista msejħa ‘distinta’ (id-dokument uffiċjali li l-klabb jagħti lill-Federazzjoni bl-ismijiet tal-plejers mgħajta, dawk li se jilagħbu u r-riservi). Il-konsegwenzi għal Lazio jistgħu jkunu tassew gravi u jmorru minn mult jew tnaqqis ta’ punti għal saħanistra r-riskju li jaqgħu Serie B.

Matthew Scerri

De Ligt fieq!

Juventus taw l-aħbar li Matthijs De Ligt fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv għal żewġ swab tests li sarulu skont il-protokoll tal-FIGC.

Matthew Scerri

Aktar każijiet ta’ Covid-19 fit-tim Under 23 ta’ Juventus

Żewġ membri tal-istaff ta’ Juventus Under 23 instabu pożittivi għall-Covid-19. Kif jitlob il-protokoll tal-FIGC, it-tim kollu jinsab f’iżolament ‘fiduciario’.

Matthew Scerri

De Ligt pożittiv għall-Covid-19

Matthijs De Ligt ittestja pożittiv għall-Covid-19. Hu t-tielet plejer li attwalment jinsab marid bil-Covid fi ħdan it-tim Juventin wara Alex Sandro u Cuadrado.

Matthew Scerri

Tnejn ta’ Milan ukoll bil-Covid-19

Ante Rebic u Rade Krunic se jkollhom jitilfu l-partita tal-lejla kontra Juventus. Fil-fatt iż-żewġ plejers ta’ Milan ittestjaw pożittivi għall-Covid-19.

Matthew Scerri

Xnigħat li hemm iktar plejers Juventini pożittivi. S’issa ebda konferma!

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta dalgħodu li tard ilbieraħ filgħaxija, wara li bdew jiġu pproċessati l-iswab tests tal-plejers Bianconeri, kien hemm l-għidut li xi plejer jew plejers oħra nstabu pożittivi għall-Covid-19. L-aħbar, madankollu, ma sabet ebda konferma mal-lejl minn sorsi qrib Juventus FC. Ir-riżultati uffiċjali se jitħabbru xi ħin dalgħodu.

Matthew Scerri

L-ASL jaf ma tħallix lil Juventus imorru Milan jekk …

Roberto Testi, id-Direttur tal-Dipartiment ta’ Prevenzjoni tal-ASL ta’ Turin, tkellem dwar il-possibbiltà li Juventus ma jitħallewx imorru Milan għall-partita tal-lejla. Hu qal: “Għalissa m’hemm xejn ta’ tħassib. Però jekk naraw wara l-iswab tests li saru li hemm riskju li ħafna iktar plejers huma infettati, allura jkollna nwaqqfu t-tluq ta’ Juventus minħabba kwistjoni ta’ sigurtà. Iż-żewġ każijiet pożittivi ma jidhrux li huma marbutin flimkien. Nafu kif ħadu l-virus u l-plejers kollha l-oħra huma negattivi. Nistennew ir-riżultati tal-iswab tests. Jekk ikun hemm aktar plejers pożittivi jkollna niflu mill-ġdid kif inxtered il-virus. U jekk naraw li l-virus qed jinfirex minn ġewwa t-tim, allura s-sitwazzjoni tinbidel u tkun responsabbiltà tagħna li nwaqqfu lil Juventus milli jmorru Milan sabiex nevitaw li l-virus ikompli jinfirex.”

Matthew Scerri