Posts

Ronaldo skurja iktar minn Pele!

Tliet gowls f’32 minuta …

Tliet gowls f’32 minuta. Hekk wieġeb Cristiano Ronaldo għall-kritika li qala’ wara li Juventus sfaw eliminati miċ-Champions League. Mhix ovvjament l-ewwel darba li skurja hattrick. Darba waħda biss, però, irnexxilu jiskurja tliet gowls f’inqas ħin mil-lum. Fil-fatt fl-2015 kien skurja hattrick kontra Espanyol f’20 minuta.

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo għadu l-futur ta’ Juventus”

Wara li lbieraħ Pirlo ddikjara li Ronaldo hu “fiċ-ċentru tal-proġett” ta’ Juventus, illum kien imiss lil Paratici li jitkellem fuq l-istess linji. “Ronaldo għadu l-futur ta’ Juventus. Jaqbadni d-daħk. Fil-karriera tiegħi qatt ma ħsibt li Ronaldo se jkun fil-mira tal-kritika jew li xi ħadd se jsaqsi jekk kienx akkwist tajjeb jew le. Qed nitkellmu fuq plejer li fl-2020 skurja 40 gowl u għadu topscorer. Magħna rebaħ ħafna unuri diġà u għalina hu privileġġ li qiegħed fit-tim tagħna,” qal Paratici qabel Cagliari-Juventus.

Matthew Scerri

Ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Ronaldo

Fl-aħħar jumejn kien hemm spekulazzjonijiet kbar li Ronaldo se jkun qed jitlaq lil Juventus fi tmiem il-istaġun. Issemmew ħafna PSG, imma hemm l-għidut li Real Madrid iriduh lura wkoll. Il-gazzetti qed isemmu l-prezz li Juventus se jkunu qed jitolbu għalih. L-istess gazzetti qed jirrapurtaw li Juventus se jkunu qed ibigħu lil Ronaldo minħabba l-kriżi finanzjarja. Kif għidna dawn huma biss spekulazzjonijiet. Minn dak li nafu aħna, Juventus kienu f’taħdidiet ma’ Ronaldo ftit tal-ġimgħat ilu biex iġeddulu l-kuntratt. Ronaldo għadu plejer ta’ klassi kbira u forsi ħafna qed jinsew li hu t-topscorer tas-Serie A. Min qed jarmi lil Ronaldo bħalissa, nemmnu li qed jinsa li l-veri problemi tat-tim Juventin huma oħrajn, żgur mhux Ronaldo.

Matthew Scerri

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Roma

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Roma. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 48% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Statistika interessanti dwar il-gowls ta’ Ronaldo

Il-gowl li skurja kontra Roma hu t-300 wieħed fil-karriera ta’ Ronaldo wara li għalaq it-30 sena. Iż-żmien għaddej imma Ronaldo għadu u konvinti se jibqa’ anki fis-snin li ġejjin, l-aqwa plejer tasd-dinja. Fl-età tiegħu rarissimu rajna plejers li kapaċi jkunu deċiżivi.

Matthew Scerri