De Vrij jonqos milli jmur għal-laqgħa tal-Procura Antidoping

MatthewJuve News Leave a Comment

B’sorpriża De Vrij ma marx għal-laqgħa li kien msejjaħ għaliha mill-Procura Antidoping. Lazio bagħtu minfloku żewġ tobba, imma l-Procura ma riditx titkellem magħhom peress li huma riedu jkellmu lil De Vrij u mhux lit-tobba. Skont La Repubblica De Vrij ssejjaħ peress li naqas milli jiffirma d-dokumentazzjoni wara t-test antidoping fi tmiem il-partita kontra Verona. Kif għidna l-Procura Antidoping trid tisma’ …

Każ ta’ doping għal De Vrij?

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefan De Vrij ġie mgħajjat biex jidher quddiem Bord u jagħti spjegazzjonijiet dwar xi sustanzi li seta’ uża u li huma pprojbiti għall-plejers. Online hemm ħafna spekulazzjonijiet li hu jista’ jiġi sospiż għal doping. Lazio, però, ċaħdu din l-aħbar u qal u li De Vrij ġie msejjaħ biss biex jiċċara xi affarijiet. Intant dil-ġimgħa stess Joao Pedro ta’ Cagliari ġie …

Tare jħabbar li De Vrij mhux se jġedded il-kuntratt ma’ Lazio

MatthewJuve News

“Għadnix fiduċjuż li De Vrij se jiffirma magħna? Naħseb li se nirtiraw il-proposta li għamilnielu. Ir-raġunijiet se ngħiduhom iktar tard. Hemm limitu għal kif marru l-affarijiet. Hi kwistjoni ta’ korrettezza. Hu kien professjonist eċċezzjonali. Ta ħafna lil Lazio u Lazio taw ħafna lilu. Fi tmiem l-istaġun it-toroq tagħna se jinfirdu. M’hemm xejn ħażin. Se nirringrazzjaw lil Stefan għal dak kollu …

Tare dwar il-futur ta’ De Vrij u Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

Igli Tare, id-Direttur tal-Isports ta’ Lazio, tkellem dwar il-futur ta’ De Vrij u Milinkovic-Savic. Fi kliemu, minkejja d-diffikultajiet li hemm, De Vrij finalment se jiffirma l-kuntratt il-ġdid ma’ Lazio. Hu qal li mal-Olandiżi mhu qatt faċli li tinnegozja, imma hu evidenti li x-xewqa tal-plejer hi li jkompli ma’ Lazio. Dwar Milinkovic-Savic, Tare sostna li l-midfielder se jibqa’ żgur ma’ Lazio …

Marotta jiċħad l-għidut dwar Balotelli u De Vrij

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervista li tradizzjonalment Marotta jagħti qabel il-partita, id-DĠ ta’ Juventus tkellem dwar il-mercato Juventin. Filwaqt li kkonferma li Juventus se jagħmlu minn kollox biex jiksbu lil Emre Can, Marotta ċaħad l-għidut dwar De Vrij u Balotelli. Hu mhux biss sostna li Juventus mhux qed ifittxu plejers fil-pożizzjoni tagħhom, imma anki wasal jgħid li dik ta’ Balotelli hi bufala (storja vvintata …

Juventus jaħdmu biex jiksbu lil De Vrij

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta mill-ġdid fl-azzjoni biex jikseb plejer li għandu kuntratt li daqt jiskadi. Skont Tuttosport Juventus qed jaħdmu sabiex jiksbu lil Stefan De Vrij ta’ Lazio. Huma qed jirrapurtaw li saru xi kuntatti sabiex jipprovaw jikkonvinċu lill-plejer iħalli lil Lazio u jingħaqad ma’ Juventus. Matthew Scerri

Liverpool lesti jressqu offerta kbira għal De Vrij

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta The Sun hi konvinta li Liverpool se jagħmlu ġennata sabiex jegħlbu l-konkorrenza ta’ Juventus u Inter u jiksbu lil Stephan De Vrij. Fil-fatt dil-gazzetta qed issemi offerta ta’ 40 miljun għal De Vrij. L-istrateġija ta’ Juventus u Inter, mill-banda l-oħra, hi li jistennew sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt. Matthew Scerri

De Vrij b’xejn fis-sajf?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Il Corriere della Sera De Vrij ma jridx jaf li jġedded il-kuntratt ma’ Lazio. Hu ilu jipposponi jilgħab għal ħin u kontinwament jipposponi laqgħa ma’ Lazio biex jinstab ftehim f’das-sens. Kollox jindika li hu jixtieq li jkun free agent ftit tax-xhur oħra ħalli minn Lulju jingħaqad ma’ min irid. Juventus qed ikunu indikati bħala l-favoriti nett li jiksbuh fis-sajf. …

De Vrij jew Caldara f’Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-akkwist tad-difensur ċentrali min-naħa ta’ Juventus jaf ikollu jistenna sa Jannar. Skont La Gazzetta dello Sport hu probabbli li Juventus jibqgħu kif inhuma fuq wara fl-ewwel parti tal-istaġun, buiex imbagħad f’Jannar jieħdu wieħed bejn De Vrij u Caldara. Matthew Scerri