Reġistrazzjoni fil-Fan Club hija meħtieġa għall-provvista’ tal-biljetti meta l-istadiums nittamaw jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.
Ir-rati jibqgħu l-istess bħall-istaġun li għadda iżda dan l-istaġun hemm inkluż rigal zgħir.
€25 – Adulti (data tat-twelid qabel l-1 ta’ Lulju 2005)
€16 – Tfal u zagħzagħ li twieldu wara l-1 ta’ Lulju 2005 u li għandhom iktar minn 6 snin
Sħubija fil-Fan Club teżiġi sħubija mal-Club ukoll. Iktar informazzjoni dwar ir-rati jinsabu hawn http://juventusclubmalta.com/membership
Infakkru li kull min jissieħeb fil-Fan Club jeħtieġ li jgħaddielna dokument tal-identita’ (Karta tal-identita’ jew passaport) jew permezz tal-website matul ir-reġistrazzjoni jew inkella nistgħu noffru l-alternativi ta’ żjara fl-uffiċju sabiex nieħdu kopji tiegħu jew tibgħatulna kopji tajbin u bil-kulur minn quddiem u wara fuq [email protected]. Dawk il-membri li diġa’ għaddewlna dokument tagħhom matul l-istaġun 2019/20 mhux meħtieġa li jerġgħu jgħadduhulna mil-ġdid jekk dan sadanittant ma skadiex.
Min għadu mhux membru mal-Club u jixtieq jinkiteb fil-Fan Club ukoll hu mitlub allura li jsegwi dan il-link http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/
Dawk il-membri li iżda laħqu ssieħbu bħala membri mal-Club għal dan l-istaġun u issa jixtiequ jinkitbu fil-Fan Club ukoll huma mitluba
– jżuruna l-uffiċju kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm sabiex jagħmlu l-ħlas jew;
– jibgħatu l-ħlas permezz ta’ PayPal flimkien ma’ nota bħala kumment li jispjega dan il-ħlas fuq [email protected] jew;
– għal ħlas permezz ta’ Revolut jikkuntattjawni fuq in-numru 79618994 sabiex jingħataw istruzzjonijiet x’għandhom jgħamlu
Għal iktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email lil [email protected] jew iżżuruna l-uffiċju kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm.
Grazzi
Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti, Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali