Posts

Filmat: X’qal Pirlo lejlet Juventus-Atalanta

https://www.youtube.com/watch?v=1IXNp1jJmmA

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Atalanta

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; Ramsey, Arthur, McKennie, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Tolori, Romero, Djimsiti; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Malinovskyi, Pessina; Zapata.

Sors: Calciomercato.com

Juventus-Atalanta. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Fil-kotba tal-istorja nsibu li s’issa kien hemm 134 konfront dirett bejn Juventus u Atalanta. Il-Bianconeri rebħu aktar minn nofshom (72 partita), filwaqt li komplessivament Atalanta kisbu biss 15-il rebħa. Id-draws kienu 47. L-iżbilanċ bejn it-timijiet joħroġ iktar biċ-ċar mill-istatistika tal-gowls li saru fil-konfronti: 247 gowl għal Juventus u 118-il gowl għal Atalanta.

Fis-Serie A Juventus u Atalanta ltaqgħu 116-il darba, b’65 partita mirbuħa minn Juventus, 40 draw u 11-il telfa għall-Bianconeri. Minn dawn il-konfronti kollha, 58 partita ntlagħbet f’Turin. Juventus rebħu 38 partita, kien hemm 16-il draw u 4 rebħiet biss għal Atalanta. Boniperti hu l-plejer Juventin li l-aktar lagħab kontra Atalanta (12-il partita) u l-aktar li skurja (6 gowls).

Matthew Scerri