Posts

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Inter

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Inter

Ara x’qal Allegri lejlet Juventus-Inter

Erbgħa lura għal Juventus kontra Inter

Nhar il-Ħadd kontra Inter, Juventus se jkollhom lura erba’ plejers li. A lagħbu kontra PSG. Danilo dieħel lura wara li kien sospiż jumejn ilu. Di Maria, Vlahovic u Bremer, mill-banda l-oħra, irkupraw mill-injuries tagħhom u se jkunu jistgħu jilagħbu fid-Derby d’Italia.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Inter

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Inter. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 81% tal-voti, segwit minn De Ligt b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Riflessjoni – Juventus vs Inter

Jiġuni diversi ħsibijiet meta naħseb fuq il-partita tal-bieraħ bejn it-tim tagħna u l-iktar rival aħrax tattim ta’ qalbna. waħda mill-ewwel li se nsemmi hi din – il-bieraħ rajt grinta u motivazzjoni mill-players li anke meta t-tim spicca b’10 players minħabba t-tkeċċija ferm inġusta ta’ Bentancur għal żewġ karti sofor, kien hemm sens ta commitment min-naħa tal-players biex tintrebaħ il-logħba. Ħsieb li żgur jgħaddi minn moħħi u naħseb bħali ħafna Juventini – imma għaliex hekk tard fl-istaġun jew inkella ttim narawh jagħmel reazzjoni meta jkun sofra minn xi ħaġa negattiva bħal xi conceded goal waqt ilpartita stess? Ma nistgħux ninjoraw ukoll kemm hu player importanti Juan Cuadrado għall-iskwadra – jagħti kwalita’, impenn u diversi drabi jkun deċiżiv fi sfidi bħal logħba ta’ dan il-weekend. Waħda mill-affarijiet li nerġa’ nkun ftit perpless hu n-nuqqas ta’ użu ta’ Dybala meta rajna li xi ftit ġranet ilu kontra Sassuolo kien wieħed mill-aħjar players li pproponew l-aktar azzjonijiet ta’ goals speċjalment fit-tieni taqsima u meta nafu kemm l-assenza tiegħu minħabba l-injury li kellu, it-tim bata mmens mingħajru.

Qed nikteb dan l-artiklu waqt li sfortunatament sirna nafu ukoll li Napoli rebħu l-logħba tagħhom – l-iktar u forsi l-uniku avversarju li fadlilna biex nikkontestaw slot fiċ-Champions League li imiss. Li rebħu kontra Fiorentina llum żgur ma ħallilniex ħafna lok għal tama li jirnexxilna nassiguraw slot għaċChampions League ħlief jekk isir miraklu fl-aħħar logħba tal-kampjonat – biss nafu ukoll pero’ li ddestin m’huwiex f’idejna ladarba qegħdin taħthom bħala punti. Nittamaw li forsi b’xi mod jirnexxielna verament nidħlu Champions League li bħal ma’ kulħadd jaf tassigura fondi li huma ndispensabbli għallbwiet tal-klabb kif ukoll tagħti ftit iktar inċentiv lid-diriġenza biex tinvesti fi players li hemm bżonn filkampanja ta’ trasferimenti li ġejja minflok li jkollu jsir ridimensjonament tal-ambizzjonijiet tal-klabb għall-istaġun li ġej.

Massimo Grioli

Juventus-Inter bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Inter. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Filmat: Kliem Pirlo fi tmiem Juventus-Inter

https://www.youtube.com/watch?v=nBAO40HfylU