Paratici jitkellem dwar il-futur ta’ Dybala u Morata

MatthewJuve News Leave a Comment

“Qegħdin f’kuntatt mal-aġent ta’ Dybala kull ġimgħa. Ma rridux ninsew il-mument li ninsabu fih. Mhux qed nitkellem biss fuq futbol. Il-Covid ilu magħna u aħna l-klabbs ilna minn Ottubru nilagħbu bil-bibien magħluqa. Kulma nagħmlu rridu nagħmluh b’sens kbir ta’ responsabilità.” Hekk tkellem Fabio Paratici qabel il-partita. Fl-istess intervista Paratici kkonferma li Morata se jibqa’ ma’ Juventus. Fakkar li Juventus jistgħu …

Lippi lura ma’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Marcello Lippi jista’ jkun se jerġa’ jaħdem mill-ġdid għal Juventus. Fil-fatt Agnelli qed jikkunsidra li joffrilu xogħol bħala Kap tat-Technical Area, liema kariga bħalissa tinsab f’idejn Paratici. Mhuwiex magħruf jekk Lippi huwiex se jieħu post Paratici jew inkella t-tnejn li huma se jkunu qed jaħdmu flimkien. Li hu ċert hu li ilna xhur nisimgħu li …

Paratici: “Il-kuntratt tiegħi? M’hemmx għaġla”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistoqsi qabel Juventus-Lazio dwar il-kuntratt tiegħu, Fabio Paratici sostna li m’hemmx għaġla biex il-kuntratt ikun imġedded. Fi kliemu, għandu relazzjoni mill-aqwa ma’ Agnelli u kien hemm diġà l-opportunità li jitkellmu fuq fuq dwar it-tiġdid tal-kuntratt. Madankollu m’hemmx għaġla biex Paratici jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Sampdoria-Juventus, Fabio Paratici tenna li Juventus m’għandhom ebda ħtieġa li jixtru plejers f’Jannar, għalkemm jekk tinqala’ opportunità tajba, il-Bianconeri mhux se joqogħdu lura. Paratici żied li Kulusevski wera li jista’ jilgħab quddiem, filwaqt li 7-10 ijiem oħra Dybala wkoll se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo. Matthew Scerri

Paratici: “L-attakkant? M’hemmx għaġġla”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Juventus-Sassuolo, Fabio Paratici tkellem dwar l-għidut li Juventus qed jippruvaw jixtru attakkant ieħor. Skontu Juventus m’għandhomx għaġġla u lanqas ħtieġa għax it-tim hu kompetittiv kif inhu. Madankollu jaf tinqala’ opportunità tajba u Juventus dejjem joqogħdu attenti għal kull okkażjoni tajba li s-suq tat-trasferimenti joffri. Matthew Scerri

Manchester United lesti joffru kariga importanti lil Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Ingliża hi konvinta li Fabio Paratici hu fost il-kandidati ewlenin biex jingħaqad ma’ Manchester United b’kariga importanti li se tagħtih l-opportunità jibni t-tim tar-Red Devils fis-snin li ġejjin. Manchester United ilhom iħossu l-ħtieġa ta’ bidla radikali bil-għan li jibdew proġett sportiv ġdid li jpoġġihom lura fejn kienu fis-snin li għaddew. Paratici, kif għidna, hu fost dawk li qed ikun …

X’qal Paratici dwar il-każ ta’ Suarez

MatthewJuve News Leave a Comment

“Ninsab trankwill.” Hekk stqarr Paratici qabel Juventus-Torino meta kien mistoqsi dwar il-każ ta’ Suarez. Hu sostna li l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċarissima wara l-istqarrija tal-bieraħ. Mistoqsi dwar telefonata li hu kien għamel lill-Ministru Paolo De Micheli biex jitlob informazzjonijiet dwar il-proċedura tal-ksib taċ-ċittadinanza Taljana, Paratici spjega li hu ilu żmien twil jaf lill-Ministru. Sostna li jafu lil xulxin sa minn …

Liema huma l-akkużi li qed jittressqu fil-konfront ta’ Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus FC ikkonfermaw li Fabio Paratici jinsab taħt investigazzjoni mill-Qorti ta’ Perugia u rċieva Informazione di garanzia. Hu qed ikun investigat u jista’ jkun mixli fil-Qorti li kiser l-artiklu 371 bis tal-Kodiċi Penali. Fi ftit kliem nistgħu ngħidu li għalissa Paratici qed ikun akkużat li ma għaddhiex l-informazzjoni kollha jew gideb lill-Maġistat b’rabta mal-każ tal-allegat tbagħbis fl-eżami tat-Taljan ta’ Suarez. …