L-Italja · Piemonte

Turin

Id-dar ta' Juventus — belt ta' storja, arti, palazzi rjali u l-Alpi.

Il-Belt

Kapitali rjali f'riġlejn l-Alpi

Il-belt ta’ Turin hi ċ-ċentru politiku u amministrattiv ewlieni tar-reġjun Taljan tal-Piemonte, kif ukoll hi belt mimlija storja, arti u kultura. Oriġinarjament imwaqqfa mir-Rumani, Turin matul is-snin dejjem okkupat rwol importanti fl-istorja. B’mod partikolari Turin tibqa’ magħrufa talli kienet l-ewwel belt kapitali tal-Italja fl-1861, anzi kienet proprju mill-istruttura politika tar-Renju tal-Piemonte u s-Sardenja, bil-kapitali tiegħu f’Turin, li ngħata bidu għall-unifikazzjoni tal-Italja.

Turin hi belt nobbli u aristokratika li taf l-identità tagħha lill-House of Savoy li żammet kontroll politiku fuq Turin għal mijiet ta’ snin, u li għamlitha ċentru importanti ta’ kultura. Mil-lat tal-kwalità tal-ħajja, Turin hi belt kwieta minkejja li għandha popolazzjoni ta’ madwar żewġ miljun persuna — b’ambjent suġġestiv immens grazzi għall-preżenza tal-muntanji tal-Alpi u x-xmara Po li taqsam lill-belt.

~2 miljun ruħ Imwaqqfa mir-Rumani L-ewwel kapitali tal-Italja, 1861

House of Savoy

Mijiet ta' snin ta' ħakma rjali ħallew lil Turin belt ta' palazzi kbar — Palazzo Madama, Stupinigi u r-Reggia di Venaria Reale.

Arkitettura Barokka

Eżempji mill-aqwa ta' arkitettura Barokka, Rococo, Neo-klassika u Art Nouveau — ħafna minnha ddisinjata mill-arkitett Filippo Juvarra.

L-Alpi u x-xmara Po

Ambjent suġġestiv bejn il-muntanji u x-xmara. Sestriere u Bardonecchia huma fost l-iskiing resorts l-aktar popolari fl-Italja.

Il-Mużew Eġizzju

L-ikbar ġabra ta' antikitajiet Eġizzjani fid-dinja wara dik tal-Kajr — waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-belt.

Il-Liżar ta' Kristu

Jinsab fid-Duomo ta' Turin u, skont it-tradizzjoni Kristjana, huwa l-liżar li ntuża għad-difna ta' Kristu — magħruf mad-dinja kollha.

Mole Antonelliana

Is-simbolu tal-belt, struttura stupenda li llum tospita l-Mużew taċ-Ċinema — u waħda mill-akbar landmarks ta' Turin.

FIAT u l-industrija

Tagħmel parti mit-trijanglu industrijali flimkien ma' Milan u Ġenova — il-FIAT għen lin-nazzjon Taljan fil-proċess ta' industrijalizzazzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

L-inbid tal-Piemonte

Il-kampanja ta' madwar hija magħrufa għall-produzzjoni agrikola tagħha — fuq kollox għal xi wħud mill-aqwa nbejjed tal-Italja.

Belt turistika ewlenija

Waħda mill-250 belt bl-ikbar numru ta' viżitaturi fid-dinja, u fost l-għaxar bliet l-aktar miżjura fl-Italja kollha.

Akkomodazzjoni

Hotel Concord — rati għall-membri biss

Il-Club joffri mingħajr ebda obbligazzjoni marbuta max-xiri ta' biljetti, akkomodazzjoni bi prezzijiet vantaġġjużi ħafna u esklussivi għall-membri tal-Club biss ġewwa l-Hotel Concord. Din il-lukanda ewlenija ta' 4 stilel tinsab fil-qalba taċ-ċentru kummerċjali ta' Turin u fil-passat reċenti kienet isservi wkoll bħala l-lukanda uffiċjali ta' Juventus.

Hotel Concord

Hotel Concord

Lukanda ewlenija ta' 4 stilel fiċ-ċentru ta' Turin, li toffri buffet breakfast abbundanti u varjat sew. Il-prezzijiet japplikaw għall-partiti tas-Serie A, Europa League u Coppa Italia.

  • Fil-qalba taċ-ċentru kummerċjali ta' Turin
  • Buffet breakfast abbundanti inkluż
  • Sa reċentement il-lukanda uffiċjali ta' Juventus
  • Il-ħlas isir ġewwa l-lukanda stess

Superior

Kamra Single €115
Kamra Twin €130
Kamra Double €130

Deluxe

More space
Kamra Single €125
Kamra Twin €145
Kamra Double €145
Kamra Triple €175

Il-prezzijiet huma għal kull kamra, kull lejl, bil-breakfast inkluż.

It-taxxa ta' Turin ta' €4.50 kull persuna, kull lejl (massimu ta' 4 iljieli) mhix inkluża fil-prezz.
Ir-riservazzjoni tiġi kkonfermata b'email ftit ġranet wara — ippreżentaw il-konferma mal-wasla tagħkom.
Ir-riservazzjoni dejjem tkun suġġetta għad-disponibilità tal-kmamar.
Ir-riservazzjoni tista' ssir ukoll ġewwa l-uffiċċju tal-Club.
Riservazzjonijiet

Itlob kamra

Sabiex tirriserva kamra intom mitluba tħallu d-dettalji tagħkom fl-applikazzjoni hawn taħt. Meta jaslulna d-dettalji nikkuntattjawkom aħna lura. Ir-riservazzjoni tista' ssir ukoll ġewwa l-uffiċċju tal-Club.