Merħba. Nilqgħukom fis-sit uffiċjali tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). Dan is-sit joffri opportunità ġdida għalikom is-supporters Juventini Maltin u Għawdxin biex nibnu komunità virtwali ta’ ħbiberija u għaqda, naqsmu flimkien ħsibijiet li jikkonċernaw lit-tim tal-qalb tagħna, kif ukoll il-Kumitat Eżekuttiv ikollu mezz ta’ komunikazzjoni li jilħaq malajr lis-supporters Juventini ta’ Malta. Inħeġġuk iżżur b’mod frekwenti dan is-sit ħalli tkun aġġornat dwar l-aħbarijiet li jirrigwardaw il-Club tagħna u tieħu sehem fl-attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal żmien. B’dan il-mod nittamaw li nżommu magħquda l-familja tagħna ta’ Juventini fil-gżejjer Maltin. L-iskop tagħna hu li nagħmlu dan is-sit l-internet portal ewlieni tas-supporters Juventini Maltin u Għawdxin.