Avviż dwar dħul fil-Club tagħna waqt il-partiti ta’ Juventus

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq javża li se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tal-premises tiegħu. Kif kulħadd jista’ jifhem irridu napplikaw id-Direttivi tal-Awtoritajiet sabiex inħarsu s-saħħa ta’ dawk kollha li se jattendu l-Club. Għaldaqstant nixtiequ navżawkom li:

(i) Kulmin irid jattendi għandu jirriserva post billi jċempel lill-Barman Karl fuq 79992484

(ii) Ħadd mhu se jitħalla jidħol mingħajr booking.

(iii) Il-postijiet fil-premises huma limitati minħabba li nridu nżommu d-distanzi u allura se nimxu fuq bażi ta’ first come first served.

(iv) Min se jattendi se jkun mitlub jibqa’ bilqiegħda.

(v) Ħadd ma jista’ joqgħod bilwieqfa, lanqas mal-bank tal-bar.

(vi) Ħdejn il-bieb se jkun hemm hand sanitizer li jrid jintuża minn kulmin se jidħol fil-premises tal-Club.

(vii) Tipjip mhux permess fil-premises kollha tal-Club.

Nitolbukom tikkoperaw magħna u grazzi bħal dejjem li tifhmuna.

Il-Kumitat

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *