Avviż mis-Segretarjat

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Nixtieq nerġa’ infakkar li minn ghada s-Sibt 1 ta’ Settembru l-uffiċju tal-Club se jkun miftuħ qabel il-partita kontra Parma biex nilqgħu l-bookings kemm għall-partiti tas-Serie A kif ukoll dawk taċ-Champions league. L-ufficju se jkun miftuħ bejn 6.30pm u 8.15pm.

Infakkrukom li għall-partiti tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions league jistgħu jibbukjaw biss dawk il-membri li ħallsu s-sħubija mal-Club qabel ma telgħu l-poloz taċ-Champions League. Dawn il-membri ghandhom ċans ukoll jiġu l-Club biex jirriservaw il-biljetti f’dawn il-granet:

It-Tlieta 4 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
Il-Hamis 6 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm

Mil-11 ta’ Settembru l-quddiem il-bookings se jkunu miftuħin ghal dawk il-membri li ssieħbu wara li telgħu l-poloz ukoll. Nixtiequ nirrimarkaw ukoll li dawk il-membri li sfortunatament issieħbu tard jew għad iridu jissieħbu se jkunu jistgħu jħallu isimhom ġo waiting list mingħajr il-ħtieġa li jħallu deposit.

Mal booking se jintalab depositu ta’ €150 ghal kull biljett. Jekk il-biljett ikun jiswa iżjed irid jitħallas id-differenza u jekk jiġi jiswa inqas tingħata rifusjoni tad-differenza. Il-Club jiċċarġja €10 administration fee fuq kull biljett.

Grazzi

Joe Shields
Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *