Juventus Card (ex Tessera del Tifoso)

It-Tessera del Tifoso minn l-istaġun 2019/20 bidlet l-isem u se tibda ssir magħrufa bħala Juventus Card.

Minn l-istaġun 2019/20 ukoll Juventus iddeċidew li kull persuna li għandha ħsieb li xi darba jew oħra tmur tara partita tas-Serie A ġewwa Turin, apparti li tkun membru fil-Fan Club jeħtieġ li tkun fil-pussess ta’ Juventus Card (ex Tessera del Tifoso)

Il-pussessuri ta’ Tessera del Tifoso valida mhux se jintlaqtu b’dan it-tibdil.

Għaldaqstant il-Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) saret fundamentali sabiex persuna tikseb aċċess għall-partita fl-Allianz Stadium ta’ Juventus.

L-applikazzjoni tiswa’ €15 u għandha validità ta’ 10 snin.

Sabiex il-Club ikun jista’ jgħinek tapplika għaliha tkun meħtieġa sħubija fil-Fan Club ukoll. Nistgħu ngħinuk tagħmel applikazzjoni ġdida jew iġġedded Tessera del Tifoso skaduta billi tipprovdielna:

  • l-adulti kopja tajba bil-kulur minn quddiem u oħra minn wara tal-karta tal-identità
  • it-tfal kopja tal-passaport

Biex ma jkollniex problemi, nirrakkomandaw li d-dokumenti jigu scanned b’resolution ta’ minn l-inqas 300dpi.

L-applikazzjoni tista’ ssir ukoll ġewwa l-uffiċju tal-Club. 

Are you a 2019/20 Fan Club member? (required)



id-front


id-back



Please choose your prefered payment method