Juventus-Crotone 3-0

MatthewJuve News 1 Comment

Tliet punti oħra miksuba minn Juventus fil-kampjonat. Minkejja numru kbir ta’ plejers neqsin, it-tim ta’ Pirlo rnexxilu did-darba jegħleb lil Crotone b’wirja tajba. Il-Juventus tal-lejla kienu attenti, organizzati, kompatti u mentalment ippreparati sew għal dil-partita. Kienu Juventus ferm differenti minn dawk li rajna kontra Napoli u, fuq kollox, Porto. Jekk Juventus jagħrfu jilagħbu hekk dejjem minn issa sa tmiem il-kampjonat, ninsabu ċerti li għandhom kollox biex jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat. Iridu jilagħbu bħal-lejla imma, mingħajr in-nuqqasijiet li rajna kemm-il darba f’dan l-istaġun.

JUVENTUS-CROTONE 3-0

Skurjaw: 2 Ronaldo (J), McKennie (J)

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Demiral, De Ligt, Alex Sandro (Frabotta); Chiesa (Di Pardo), Bentancur (Fagioli), McKennie, Ramsey (Bernardeschi); Kulusevski (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Crotone (4-4-2): Cordaz; Pedro Pereira, Magallan, Golemic, Luperto (Marrone); Messias, Molina (Zanellato), Vulic, Reca (Rispoli); Ounas (Simy), Di Carmine (Riviere). Kowċ: Stroppa.

Referee: Marini.

Karti sofor: Ramsey (J), Danilo (J), Marrone (C), Frabotta (J).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Mal crotone lghabna ta. U xejn ta barra minn hawn. L unika nota positiva huwa Fiagioli. Jiswa daqs ramsey bentancur u rabiot f daqqa. Qumu mir raqda hbieb.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *